Skip to main content

Posts

Showing posts from June, 2011

Intervent fil-Kunsill Ġenerali P.N. - 17/06/2011

Sinjura President, għażiż Kap, Segretarju Ġenerali, sħabi Kunsilliera, Ninsabu fi żmien kruċjali, tliet snin mill-bidu ta' din il-legislatura. Tliet snin li fihom pajjiżna kellu jaffaċja sfidi kbar: ir-riċessjoni internazzjonali, il-prezzijiet taż-żejt, il-prezzijiet tal-ikel u ċereali, il-kriżi fil-Libja...u b'danakollu, iffaċjat b'dan il-maltemp, pajjiżna baqa' b'saħħtu, baqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi ewropej fit-tkabbir ekonomiku, fit-tnaqqis tar-rata tal-qagħad, u fit-trażżin tad-deficit. Waqt li pajjiżi oħra raw miżuri ta' awsterita' u fabbriki jagħlqu, pajjiżna ra aktar investiment, żidiet fit-turiżmu, u fabbriki jespandu. Importanti għalhekk li din il-ħidma eċċellenti li twettqet, ma nħallux min jitfagħha fid-dell ta' issues oħra. F'dawn l-aħħar xhur, pajjiżna kien ipparalizzat fuq diskussjoni waħda: id-divorzju. Dik l-issue pero' issa ġiet deċiża. Id-deċiżjoni ntefgħet fuq l-elettorat, u l-elettorat ħadha. Issa jekk hemm pri...

Id-Differenza

Fi tmiem din il-ġimgħa kien hemm żewġ okkażjonijiet li fihom stajt nara aktar minn qabel id-differenza kbira li teżisti bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ta' pajjiżna: wieħed fuq Xarabank, u l-ieħor fil-Kunsill Ġenerali. Fost il-ħafna differenzi u kuntrasti ta' bejniethom innutajt li: - waqt li wieħed jistqarr li lest jimplimenta r-rieda tal-poplu avolja tmur kontra dak li jemmen hu, l-ieħor stqarr li jekk ikun Prim Ministru "hija prerogattiva tiegħu" jimxix mad-deċiżjonijiet tal-Qrati jew le. Għadu ma fehemx id-differenza bejn Prim Ministru u Imperatur; - waqt li wieħed jikkundanna l-atroċitajiet ta' Gaddafi u jistqarr li jibqa' jagħti kenn f'każ ta' emerġenza lill-ajruplani li jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-Ġnus Magħquda, l-ieħor għadu s'issa qatt ma kkundanna lir-reġim tal-ħabib kbir tiegħu Gaddafi u jitfa' dubji li qed nintużaw bħala bażi militari; - waqt li wieħed jistqarr li mhux ser iħalli dgħajjes bin-nies jegħrqu, l-ieħor j...