Skip to main content

Pass kbir ‘il quddiem

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 23 ta' April 2015




Ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kienu sorpriża għal ħafna. Kemm għalina attivisti fil-Partit Nazzjonalista, u kemm għall-istrateġisti tal-Partit Laburista. Fil-ġranet ta’ qabel ħareġ ir-riżultat infatti, kienu ħafna l-gazzetti li bdew jirrappurtaw kelliema tal-Partit Laburista jbassru rebħa akbar minn ta’ 57% li l-Partit Laburista kien kiseb fl-istess lokalitajiet fl-2012, speċjalment wara li r-riżultat tar-referendum li sar fl-istess ħin ta rebħa lill-Iva li fl-opinjoni tagħhom kienet tfisser vantaġġ ieħor għal Partit Laburista.

Apparti minn hekk, il-Gvern ikkampanja u uża l-poter tiegħu biex jiffavorixxi lilu nnifsu kemm felaħ fl-aħħar xahar, billi per eżempju jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji, jibgħat iċ-cheques ta’ €35 ta’ darba, iraħħas il-petrol u d-diesel li suppost raħħas xhur qabel, jikkampanja kuljum madwar Malta u Għawdex, u jniedi l-interconnector – proġett mibdi u mfassal minn Gvern Nazzjonalista, li issa Joseph Muscat faħħru għal viżjoni li kellu fil-qasam tal-enerġija wara li mill-Oppożizzjoni kien jgħajjru li m’għandux pjan – propju lejlet il-ġurnata ta’ silenzju.

Pero’ minkejja dan, ir-riżultat aħħar juri li l-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk mill-Partit Laburista f’dawn il-lokalitajiet bin-nofs. Minn 17% għal 8%. U dan issorprenda lil ħafna, għax ilkoll niftakru li sa sena ilu, fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, id-distakk bejn iż-żewġ partiti ma kien naqas xejn. Dak iż-żmien kien hemm pressjoni kbira fuq il-Partit u fuq it-tmexxija, li dak li qed isir ma kienx biżżejjed għax il-Partit baqa’ fl-istess ilma. Ftit kienu qed jifhmu li għalkemm dak li kien qed isir dak iż-żmien ma kienx qed iħalli frott immedjat, kien importanti li illum wasalna fejn wasalna. Fl-ewwel sena tat-tmexxija l-ġdida, it-tmexxija tal-Partit u l-Kap Simon Busuttil iffukaw fuq l-organizzazzjoni u l-istrutturi interni tal-Partit. Riformi fl-istatut, fora ġodda, is-sostennibilita’ finanzjarja tal-Partit u l-media tiegħu, il-mod kif iwassal il-messaġġ tiegħu, il-Kumitati, l-involviment ta’ nies ġodda, taħriġ lill-kandidati. Ħafna xogħol minn wara l-kwinti li hemm barra ma kienx qed jidher, imma li kien importanti biex mis-sajf li għadda lil hawn, il-Partit seta’ issa jiffoka fuq il-kontenut politiku tiegħu: il-kritika kostruttiva fuq il-ħidma tal-Gvern, joħroġ fil-beraħ l-oxxenitajiet ta’ dan il-Gvern, iressaq ukoll il-proposti tiegħu, fosthom Private Member’s Bills u emendi Kostituzzjonali, u juri li bis-serjeta’ jista’ jkun Gvern alternattiv. Issa din il-ħidma kollha qed tħalli frott li nistgħu inkejlu. U dan hu r-riżultat: id-distakk naqas bin-nofs tliet snin qabel l-elezzjoni ġenerali.

Irridu pero’ noqogħdu attenti u ma nħallux l-entużjażmu jiġri bina. It-telfa xorta tibqa’ telfa, u baqagħlna ħafna x’nagħmlu biex nirbħu l-elezzjoni ġenerali li ġejja. M’għandna l-ebda garanzija li min ivvutalna l-ewwel darba f’dawn l-elezzjonijiet lokali, ħa jkun qed jerġa’ jivvutalna fl-elezzjoni ġenerali. Irridu naħdmu biex inżommu l-fiduċja tiegħu, u nirbħu l-fiduċja ta’ nies oħra. Irridu nħallu l-bibien tagħna miftuħin biex nilqgħu lil kulmin jixtieq jingħaqad magħna b’motivazzjoni tajba li jara l-pajjiżu jimxi ‘l quddiem, li jara l-politika ssir aħjar u b’mod onest. U rridu nkomplu nuru bil-fatti li l-istil tal-politika tagħna huwa differenti minn dak tal-Partit Laburista.

U dan nistgħu nibdew nagħmlu mill-Kunsilli Lokali, kemm fejn għandna maġġoranza, u kemm fejn il-kunsilliera tagħna f’minoranza jistgħu jagħmlu d-differenza. Ejja fil-Kunsilli nagħtu togħma ta’ x’jista’ jagħmel il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Ta’ xi tfisser tmexxija serja u onesta. Ta’ kif l-affarijiet jistgħu isiru b’mod professjonali u mhux bil-mentalita’ tal-“u iva”, tal-“kollox jgħaddi”.

Sadattant, inħallu l-Joseph Muscat jifraħ fid-dinja immaġinarja li huwa l-ewwel Gvern li rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif qed jipprova jbellagħha lill-partitarji tiegħu. Nesa li fl-1999, fl-2000, u fl-2003, kien il-Partit Nazzjonalista li kien fil-Gvern u rebaħ ukoll l-elezzjonijiet lokali. Ma ninkwetawx, iżjed ma jkompli jgħix fl-illużjonijiet tiegħu iżjed ħa jkompli jinqata’ minn man-nies. Ħalluh jimmaġina li għamel xi record, bħalma ħalluh jimmaġina li l-ekonomija qed tmur tajjeb għal kulħadd meta l-istatistika qed turi li l-paga medja kemm il-Prim Ministru hu żdiedet biss bin-nofs ta’ kemm kienet qed tiżdied taħt tmexxija Nazzjonalista fl-eqqel tal-kriżi finanzjarja! Ħalluh jimmaġina li l-ħajja mhix qed togħla meta titkellem ma’ min titkellem jgħidulek li l-ispiża tax-xirja tagħhom qed tiżdied kull xahar minkejja li jixtru l-istess affarijiet. Ħalluh jimmaġina li raħħas il-kontijiet b’25% meta n-nies jgħidulek li tilfu l-eko-kontribuzzjoni u l-kont kważi ma naqsilhom b’xejn. Ħalluh jimmaġina li n-nies ċwieċ u jista’ jgħaddi ż-żmien bihom kif irid, meta ħafna nies, fosthom l-ikbar partitarji tiegħu b’mod speċjali fin-naħa t’isfel ta’ Malta, diġa’ bdew juruh li xebgħu jisimgħuh jigdeb.

Aħna nkomplu fi triqtna, b’ħidma onesta’ u ta’ sustanza, u b’entużjażmu, kuraġġ u determinazzjoni akbar inkomplu din il-Maratona, iebsa u għat-telgħa, imma li tliet snin oħra tista’ twassal lill-Partit Nazzjonalista u lil Simon Busuttil fejn jixirqilhom.



Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is