Skip to main content

Demokrazija jew Monarkija Eletta?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 18 ta' Ġunju 2015




Il-ġimgħa l-oħra l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni fil-Parlament biex jiġi revokat l-avviż legali li bih twaqqfet l-aġenzija ċentrali ġdida tal-gwardjani lokali. U r-raġuni hija waħda, il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fis-sussidjarjeta', u li l-poter kemm jista' jkun m'għandux ikun ċentralizzat imma għandu jinżel 'l isfel. Kien għalhekk li per eżempju waqqaf il-Kunsill Lokali, biex deċiżjonijiet li jolqtu l-lokal jittieħdu minn Kunsill eqreb tar-resident u mhux mill-Ministru.

Jidher ċar li l-Partit Laburista bil-kontra, jemmen li l-poter għandu jkun ċentralizzat kemm jista' jkun. Huwa għalhekk li deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-gwardjani lokali, u li qabel kienu jittieħdu mill-Kunsilli u mir-Reġjuni, issa ser jibdew jittieħdu minn aġenzija ċentrali li waqqaf apposta. Huwa għalhekk ukoll li naqqas il-fondi tal-Kunsilli Lokali u naqqas l-iskemi li normalment kienu japplikaw għalihom.

Din iċ-ċentralizzazzjoni tal-poter maħniex narawha tiġri biss fil-Kunsill Lokali. Qed narawha tiġri anke f'diversi awtoritajiet. Rajnieha tiġri fil-MEPA, fejn waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa dan il-Gvern kienet li biddel policy li daħħal il-Partit Nazzjonalista li ma kienet tippermetti li l-ebda żvilupp fl-ODZ jista' jiġi qatt sanzjonat, u minflok ta l-poter li l-Ministru jista' jissanzjona dan anke' hu.

Qed narawha tiġri anke fil-liġi li tiddefinixxi l-istandards li jridu jintlaħħqu biex istituzzjoni tkun tista' tissejjaħ Universita'. Mhux biss naqqas ir-rekwiżiti ta' tagħlim u riċerka li hemm bżonn tilħaq, imma żied proviso inkwetanti fejn il-Gvern jista' jaqbeż il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla, u jkun hu li jiddeċiedi li jkun fl-"interess nazzjonali" xi istituzzjoni tista' tissejjaħ Universita' mingħajr ma tkun tilħaq xejn mir-rekwiżiti li hemm fil-liġi. L-"interess nazzjonali" hija l-istess skuża frekwenti li juża l-Gvern biex ma jippublikax inkjesti, kuntratti u rapporti li huwa obbligat jipprovdi lill-poplu li eleġieh.

Il-Gvern qiegħed sistematikament ineħħi l-poter minn għand l-awtoritajiet indipendenti, il-Kunsilli Lokali, iċ-ċittadini, u jieħdu f'idejh. Jieħdu f'idejh biex dejjem aktar ikollu poter assolut. U dan jagħti raġun lil min jgħid li d-demokrazija tagħna qed tiġi mhedda. Għax id-demokrazija mihix biss vot ta' kull ħames snin. Id-demokrazija hija ħafna aktar minn hekk. Id-demokrazija hija s-separazzjoni tal-poter, il-liberta' tal-espressjoni u ta' assoċjazzjoni, istituzzjonijiet u awtoritajiet b'saħħithom, independenti u imparzjali li jittrattaw lil kull ċittadin l-istess, u fuq kollox is-saltna tad-dritt, fejn anke' l-Gvern suġġett għall-istess liġi. Jekk dawn ma jkunux jeżistu u jiffunzjonaw tajjeb, ma nkunux ngħixu f'demokrazija. Inkunu ngħixu taħt monarkija eletta, fejn ikollna vuċi biss darba kull ħames snin, u x'jiġri bejniethom huwa fid-diskrezzjoni assoluta tal-imperatur elett għal dawk il-ħames snin.

Meta jiġri hekk, u l-poter assolut ikun f'idejn ftit nies, ma jkun hemm xejn x'jipproteġi liċ-ċittadin mill-monstru li jista' jsir Gvern awtoritarju. U jekk kien hemm każ fejn ħareġ ċar li mexjin lejn dik id-direzzjoni, kien il-każ tal-iskandlu ta' Strada Zekka.

Mhux biss fil-mod kif sar l-esproprju tal-binja, mhux biss fil-prezz li tħallas għalih, mhux biss fil-mod kif ġew stmati l-artijiet li ingħatawlu bi tpartit, imma aktar gravi minn hekk fl-opinjoni tiegħi, kien dak li ħareġ mill-intervista li saret mas-Sur Martin u li xxandret nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Is-Sur Martin kienet il-persuna li kellu b'kera l-art f'Baħar iċ-Ċagħaq li ingħatat lil Gaffarena. Huwa qal li dan il-post kien iżommu f'kundizzjoni eċċellenti, u kien iqatta' t-tliet xhur tas-Sajf fih. Ġara li darba wara li mar ġimgħa Għawdex, jiġi lura u jirċievi telefonata mil-Lands li l-art ħa titteħiedlu għax ma żammiex f'kundizzjoni tajba (l-istess ħaġa li suppost għamel il-Gvern mal-Partit Laburista fuq l-Australia Hall). Huwa ma setax jifhem x'ġara, imma mbagħad mar fuq il-post u sab li fil-ġimgħa li għamel nieqes, kissrulu kollox biex ikunu jistgħu jeħduhielu!

X'oxxenita'! X'kattiverja! X'ħażen ta' manuvrar biex dak li ried Gaffarena jingħatalu! Araw kif l-awtoritajiet u d-dipartimenti li suppost qegħdin hemm biex jipproteġu liċ-ċittadin mill-poter tal-Gvern, intużaw mill-istess Gvern biex ikissru ċittadin! Dak huwa l-livell baxx li s-suppost demokrazija tagħna niżlet fih.

U allura spiċċa ż-żmien li nibqgħu passivi għax xi deċiżjoni ħażina ma affetwatnix. Hemm bżonn li bħala poplu nqumu b'dinjita' u nkunu ta' tarka għal xulxin. Għax illum il-Gvern dehrlu li jgħaffeġ lis-Sur Martin, imma għada jista' jidhirlu li jgħaffeġ lilek. Għax illum mess l-art taż-Żonqor, għada jista' jmiss il-green area ta' maġenbek jew fejn tħobb tmur tistrieħ inti. Illum mess lill-ħaddiema taċ-ċivil li kienu jgħinu lil Tonio Fenech fi tfassil ta' strateġija, għada jista' jmiss lilek li l-Gvern jidhirlu li qed taħdem kontrieh meta tikkritikah.

Ejja negħlbu l-biża', ejja negħlbu l-passivita', u ejja nuru li d-demokrazija għadha tagħna u tal-ebda psewdo-imperatur.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is