Skip to main content

Il-Bidla li l-Poplu Xtaq

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 24 ta' Settembru 2015



Għaddew il-festi tal-Indipendenza, festi li ta’ kull sena l-Partit Nazzjonalista jiċċelebra bil-kbir. U bir-raġun, għax l-Indipendenza timmarka t-twelid ta’ kull nazzjon.

Din is-sena dawn il-festi ingħataw xejra daqsxejn differenti minn tas-soltu, u saru biswit id-daħla tal-Belt Valletta, daħla li ingħatat bixra għal kollox ġdida u ta’ preġju mill-Partit Nazzjonalista. U ma setax ingħażel post aħjar biex tiġi ċċelebrata l-Indipendenza tan-Nazzjon Malti mill-pjazza maġenb il-Parlament, is-simbolu tas-sovranità tal-poplu Malti, li grazzi għall-Indipendenza sar awtonomu u sar l-ogħla u l-unika istituzzjoni li fiha jiġu dibattuti u mressqa l-liġijiet li jmexxu lil dan il-poplu.

Pero’ l-Indipendenza mihix biss kisba ta’ darba u daqshekk. Hija kisba li rridu nxettlu u nkabbru biex nilħqu l-milja tagħha. Wara l-Indipendenza mill-Imperu, jmiss l-Indipendenza tal-poplu. L-indipendenza tal-ħsieb minn min jipprova jikkontrollah. L-indipendenza tal-istituzzjonijiet minn min jipprova jagħmilhom tiegħu. L-indipendenza tal-ekonomija minn min jipprova jikkontrolla fejn l-individwu jista’ jasal.

Dan il-Partit Nazzjonalista dejjem fehmu u dejjem stinka għalih. Kien għalhekk li l-ewwel proġett li l-Partit Nazzjonalista nieda propju fil-21 ta’ Settembru 1964 kien l-Università l-ġdida f’Tal-Qroqq. Biex in-Nazzjonindipendenti jagħmel l-ewwel passi għal poplu indipendenti, u dan permezz tal-edukazzjoni.

Wara l-kriżi demokratika tat-tmeninijiet, il-Partit Nazzjonalista kien għamel pass ieħor, u beda jibni pajjiż modern li jwassal issa għal indipendenza ekonomika. Dan billi jiftaħ is-suq, iħalli l-kompetizzjoni taħdem, u b’hekk l-individwu ma jkollux xkiel mill-gvern biex jaqla’ dak li ħaqqu, dak li jaħdem għalih, dak li jirriskja għalih.

Barra minn dan, beda wkoll iwassal għal indipendenza akbar tal-poplu minn min ikun qed imexxieh. Dan għamlu billi waqqaf diversi istituzzjonijiet u awtoritajiet li jaħdmu indipendentament mill-Gvern, uħud minnhom ta’ natura Kostituzzjonali, biex il-Gvern ma jkollux kontroll ta’ kollox u biex il-poplu jkun anqas dipendenti fuq il-politiċi. B’hekk jipproteġi anke’ lil politiċi infushom milli jkunu vittma ta’ tentazzjoni ta’ patrunaġġ li jiġu min-nies li javviċinawhom.

Fl-aħħar elezzjoni l-poplu ivvota għal bidla, u ta cans lil Partit Laburista li jwettaq dak li kien qed iwiegħed. Aktar trasparenza, aktar indafa fil-politika, awtoritajiet aktar indipendenti, aktar kontabbilità minn min ikun qed imexxi sabiex jerfa’ r-responsabilitajiet tiegħu, aktar onestà. Pero’ din il-bidla seħħet?

Illum nistgħ ngħidu b’mod ċar li mhux talli din il-bidla ma seħħitx, iżda talli seħħ bil-kontra. Illum il-Gvern, b’mod sistematiku, qed inaqqas l-indipendenza tal-awtoritajiet. Qed jikkontrolla b’mod partiġġjan il-korp tal-Pulizija u l-Armata, u fejn jidhirlu jordna li min suppost jiġi investigat ma jiġix. Qed iressaq liġi li tpoġġi l-MEPA taħt il-kontroll assolut tal-politiċi u l-pupazzi tagħhom, u li tneħħi l-protezzjoni kollha li kien ingħata l-ambjent. Jinjora b’mod sistematiku d-deċiżjonijiet tal-Ombudsman, uffiċċju kostituzzjonali, u ma jagħtix l-informazzjoni mitluba, li lilu, u lanqas lill-mezzi ta’ komunikazzjoni li jitolbuha. Daħħal mijiet u eluf ta’ nies jaħdmu fis-servizz pubbliku bla bżonn, bl-unika intenzjoni li jikkontrollah. Mela x-Xandir Pubbliku b’nies tiegħu, kultant mingħajr il-kompetenzi neċessarji, biex jikkontrolla x’informazzjoni jingħata l-poplu għas-spejjeż tat-taxxi tiegħu: mhux informazzjoni korretta, bilanċjata u oġġettiva kif inhu dmir tax-xandar nazzjonali li jagħmel, imma informazzjoni żbilanċjata, partiġġjana u propogandistika.

Fil-poplu qed jikber sens ta’ biża’ minn min imexxieh. Sens ta’ “aħjar nagħlaq ħalqi biex nibża’ għal xogħli”. Din mhix vera indipendenza. Kif qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-mass meeting tal-Ħadd li għadd, m’għandna qatt naċċettaw li ngħixu f’kulturà ta’ biża’, għax għal snin sħaħ ma konniex.

Din ma kienetx il-bidla li l-poplu xtaq, imma hija bidla li l-poplu qatt ma ried u ġie ngannat jivvota għaliha. Issa hu l-mument li dawk kollha ta’ rieda tajba, dawk kollha li jridu l-vera bidla għal aħjar, il-vera indipendenza sħiħa tal-poplu u tal-individwu, li jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista, jingħaqdu ma’ Simon Busuttil, u flimkien naħdmu biex minn hawn u sentejn oħra inkunu katalisti tal-vera bidla għall-aħjar li l-poplu jixtieq.

Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is