Skip to main content

Posts

Showing posts from March, 2015

Min hu l-ottimist?

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 26 ta' Marzu 2015 Matul dawn is-sentejn ta' tmexxija Laburista, spiss smajna l-propoganda ta' dan il-Partit u tal-Gvern tiftaħar kemm il-Gvern hu ottimist u pożittiv. Issa fil-kampanja tal-Kunsilli Lokali morna pass oltre' u qed nisimgħu kemm Malta hi ottimista. B'kuntrast ma' dan, jgħidulna, l-Oppożizzjoni hi negattiva. U allura, għal xi raġuni li jafu huma biss, għandek tagħżel lil min u pożittiv u ottimist biex tkun pożittiv u ottimist int ukoll. F'artiklu li deher fil- World Affairs Journal   ta' dan ix-xahar, il-kummentatur politiku Amerikan Walter Laquer jitkellem fuq il-perikli ta' ottimiżmu falz fil-politika, u l-importanza li wieħed jitkellem u jiddiskuti fuq ir-realta'. Li fil-politika trid tkun realist mhux ottimist. Jgħid: "The danger is of course that overly optimistic assumptions will lead to disastrous miscalculations, in our private life as well as in politics...One of

Ibażwru naqra 'l hemm u naqra 'l hawn

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon ta' nhar il-Ħamis 12 ta' Marzu 2015 Wieħed jista’ sempliċiment jiddeskrivi l-ewwel sentejn tal-Gvern ta’ Joseph Muscat fi frażi waħda: sentejn ta’ tbażwir. U din il-ġimgħa, propju f’għeluq is-sentejn anniversarju mill-elezzjoni li għaddiet, kienet eżempju ċar ta’ f’hiex qed iwassal dan it-tbażwir. Dan it-tbażwir ħareġ fil-beraħ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali. Tajjeb niftakru li l-Awditur Ġenerali hu appuntat, u jista’ jitneħħa biss, b’vot ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Għalhekk huwa liberu li jikritika dak li jara ħażin waqt l-awditjar tal-użu tal-fondi pubbliċi mingħajr biża’ li jitneħħa mill-Gvern. Tajjeb niftakru li kontra għal dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’gidba oħra minn tiegħu, kull dipartiment pubbliku u Ministeru hu obbligat jipprovdi lill-Awditur kull informazzjoni li jintalab jagħti, u m’hemmx għalfejn il-Prim Ministru juri kemm hu “trasparenti” u qalbu tajba u jagħti permess hu biex l-informazz