Skip to main content

Posts

Showing posts from April, 2015

Pass kbir ‘il quddiem

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 23 ta' April 2015 Ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kienu sorpriża għal ħafna. Kemm għalina attivisti fil-Partit Nazzjonalista, u kemm għall-istrateġisti tal-Partit Laburista. Fil-ġranet ta’ qabel ħareġ ir-riżultat infatti, kienu ħafna l-gazzetti li bdew jirrappurtaw kelliema tal-Partit Laburista jbassru rebħa akbar minn ta’ 57% li l-Partit Laburista kien kiseb fl-istess lokalitajiet fl-2012, speċjalment wara li r-riżultat tar-referendum li sar fl-istess ħin ta rebħa lill-Iva li fl-opinjoni tagħhom kienet tfisser vantaġġ ieħor għal Partit Laburista. Apparti minn hekk, il-Gvern ikkampanja u uża l-poter tiegħu biex jiffavorixxi lilu nnifsu kemm felaħ fl-aħħar xahar, billi per eżempju jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji, jibgħat iċ- cheques ta’ €35 ta’ darba, iraħħas il-petrol u d-diesel li suppost raħħas xhur qabel, jikkampanja kuljum madwar Malta u Għawdex, u jniedi l- interconnector – proġett m

For future generations

This article was published in The Times of Malta on Tuesday 21 April 2015 Now that the spring hunting referendum is done and dusted and the result has sent out so many messages for our analysis and attention, I think it is time to step back and reflect carefully on what this whole process we have been through has actually meant. It is first of all very important to highlight the fact that this was a citizens’ initiative. A small number of civically minded people got together and launched the petition calling for the referendum, acquired the necessary number of subscribers and launched the process. A hot potato that successive politicians had hoped would cool down on its own was tackled head on by these persons, who deserve to be publicly praised and acknowledged for what they managed to do, whether we agree with them or not on this issue. It should have remained so – an issue isolated from our usual partisan divide. The arguments should have focused solely about the p

Jixirqilna aħjar, jixirqilna dinjita'

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 9 ta' April 2015 Nhar is-Sibt ser ikollna opportunita’ o ħra fejn nerġgħu insemmgħu leħinna b’waħda mill-akbar għodod li l-poplu għandu f’demokrazija: il-vot . Ħa nkunu qed nivvutaw għall-ewwel darba f’referendum abrogattiv mgħajjat mill-poplu, għodda demokratika u dritt ċivili li daħħal Partit Nazzjonalista wara li l-Gvern Laburista tal-1997 irrifjuta li jintroduċi. Huwa l-ewwel referendum li fih il-partiti politiċi ma ħadux pożizzjoni uffiċċjali, u qed iħallu f’idejn il-poplu jagħmel l-għażla tiegħu jekk jixtieqx li tibqa’ ssir kaċċa fir-rebbiegħa jew le. Huwa pożittiv li f’pajjiżna qed naraw id-demokrazija isseħħ b’dan il-mod ukoll, fejn il-poplu meta jħoss li l-politiċi naqsu jew ma ħadux azzjoni jkun hu stess li jieħu l-inizjattivi biex jibdel liġi. Apparti r-referendum pero’, nofs il-poplu nhar is-Sibt ser ikun ukoll qiegħed jivvota għall-Kunsilli Lokali tiegħu. Dawn mhumiex elezzjonijiet li ser jeleġġu Gvern, imma huma ele