Skip to main content

Posts

Showing posts from May, 2015

Ninbiegħu lill-barrani

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 21 ta' Mejju 2015 Muscat reġa’ qed jagħmel waħda minn tiegħu. Waħda minn dawn il-ħafna mega-proġetti li jħobb iħabbar wara ħafna antiċipazzjoni, u li jekk ma toqgħodx b’seba’ mitt għajn xi jkun hemm moħbi wara ħafna kliem vag u pomposita’, u ma tiflix id-dettalji li jipprova ma jurikx, tispiċċa tibla’ l-lixka u taħseb li għamel xi biċċa xogħol ta’ barra minn hawn. Hekk prova jagħmel bil-proġett ta’ żvilupp f’Żonqor. L-ewwel qalilna li dan kien investiment kbir ta’ DePaul University, universita’ Amerikana minn Chicago, li ser tiftaħ campus hawn Malta. Għaċ-ċerimonja tal-iffirmar, saħansitra rajna rappreżentanti minn DePaul jassistu, u l-Ambaxxatriċi Amerikana fost il-mistednin, biex jipprova jbellagħlna l-lixka. Imma kien hemm dettal kruċjali li xi wħud innutaw. Il-ftehim ma ġiex iffirmat bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u r-rappreżentanti tad-DePaul, iżda bejn il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u l-

Trasparenza u Onesta'

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 7 ta' Mejju 2015 Mal- ħatra tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil mill-ewwel għamilha ċara li l-onesta’ ser tkun pedina importanti li fuqha jrid jibni l-programm politiku tal-Partit Nazzjonalista. Irid partit li jkun ċar man-nies, li jgħid l-affarijiet kif inhuma, li jirrispetta l-intelliġenza tagħhom, li ma jippruvax iwegħdhom affarijiet li ma jistax iwettaq, li ma jaħbilhomx il-fatti. U hekk għamel sa mill-ewwel ġurnata tiegħu. Kien ċar fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit, mingħajr ma ħeba kemm kienet serja l-problema. Kien ċar fil-pożizzjonijiet li ħa fuq id-diversi materji politiċi. Ma ħeba xejn mir-rapport ta’ x’kienu l-fatturi li waslu għat-telfa elettorali tal-Partit Nazzjonalista. U kien ċar fuq l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Dejjem tkellem biss fuq il-fatti mingħajr tidwir tad-diskors. Għax iċ-ċittadini hekk jixiriqlhom, li jiġu stmati b’dinjita