Skip to main content

Posts

Showing posts from November, 2015

Riżenja li tfisser ħafna

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 19 ta' Novembru 2015 Il-Partit Nazzjonalista sar il-vera Partit li mhux biss jitkellem fuq it-trasparenza u l-governanza tajba, imma qed jurieha bl-azzjonijiet li qed jagħmel mill-Oppożizzjoni. Hekk stqarret id-Deputat Marlene Farrugia fid-diskors li fih iddikjarat li ħa tivvota mal-Oppożizzjoni fuq l-emendi li ressqet id-Deputat Marthese Portelli rigward il-liġi tal-MEPA. Emendi li fost l-oħrajn kienu jitolbu biex iċ-Chairman li jkun nominat u magħżul mill-Gvern għal din l-Awtorit à jersaq għall-approvazzjoni u l-iskrutinju tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li fih il-Gvern stess għandu maġġoranza. Dan waħdu kien ikun pass importanti biex Chairpersons ta’ awtoritajiet regolatorji jifhmu li huma għandhom jirrispondu lill-Parlament, lill-poplu, u mhux biss ibaxxu rashom għal li jrid il-Gvern. Xi ħaġa li kienet tpoġġina eqreb lejn demokraziji aktar avvanzati u moderni minn tagħna. Għażla li kien

Eżempju ta’ kontabbilità u irġulija

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar il-Ħamis 5 ta' Novembru 2015 Ir-riżenja ta’ Joe Cassar mill-Parlament ħasdet lil ħafna. Dan għaliex ilkoll nafu lil Joe bħala raġel integru, professjonali, u li dejjem fittex li jgħin lil kulħadd, għax dejjem poġġa l-umanit à ta’ min fittex l-għajnuna tiegħu fuq quddiem. Wara apoloġija tal-“iżball ta’ ġudizzju” li għamel tliet snin ilu, Joe mhux biss irriżenja minn kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura, imma irriżenja wkoll mill-Parlament. Sal-aħħar baqa’ juri l-karattru integru tiegħu, l-irġulija tiegħu u l-lealtà tiegħu lejn il-Kap u l-Partit. Kif spjega fl-ittra ta’ riżenja tiegħu, irid ikun ħieles jiddefendi ismu mingħajr ma jħalli lil ħadd jużah biex iħammeġ u jattakka lill-Kap u lill-Partit Nazzjonalista. Għax din issa ħadnieha drawwa. Meta l-Gvern isib ruħu mgħarraq fi skandli gravi li jħammrulu wiċċu, jaqla’ xi tentufa fuq il-Partit Nazzjonalista biex idevja l-attenzjoni. U Joe Cassar ma riedx li l-Gver

Labour's sun sets with Muscat

This article was first published in the MaltaToday on Sunday 1st November 2015, and uploaded online on www.maltatoday.com.mt on Wednesday 3rd November 2015. http://www.maltatoday.com.mt/comment/blogs/58868/labours_sun_sets_with_muscat#.VjywNa6rT65 In periods of economic upturn, it is time to invest not consume. While no one can deny that on a macro level the economy has kept on performing well, things are not as rosy as Muscat is trying to paint them. Muscat inherited a strong economy. Back in 2012, Malta and Germany were the only two Eurozone countries being praised by Brussels for improving their competitiveness and fiscal stability and were the EU's best performing economies during the worst financial crisis of the past decades. We were being presented as role models for other EU members. Truly the best in Europe. Malta ranked third among European countries when it comes to youth employment and unemployment was steadily decreasing notwithstanding the number of e