Skip to main content

Kollha pezza waħda?

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 25 ta' Mejju 2016




Madwar ġimgħa u nofs ilu, assistejna għal Prim Ministru jitkellem fis-Summit Kontra l-Korruzzjoni. Ma kinetx xi ħaġa tas-soltu. Is-soltu l-Prim Ministru drajnieh imur fis-summits biex ibiegħ il-passaporti, li issa nafu li anke inxtraw minn nies korrotti u nies imfittxa mill-Pulizija, u li ħafna minn dawn in-nies anke ingħatalhom id-dritt tal-vot mingħajr ma jikkwalifikaw għalih. Kienet stramba li dan l-istess Prim Ministru issa jmur jitkellem kontra l-korruzzjoni.

Aktar minn hekk, il-Prim Ministru qallhom li jistenna li d-dinja tieħu azzjoni fuq dak li ħareġ mill-Panama Papers! Imma trid tkun vera ma tistħix biex tkun l-unika Prim Ministru fl-Unjoni Ewropea li kellek Ministru involut, tkun l-unika Prim Ministru li għandek Ministru li nqabad jipprova jbellagħha lil banek li hu diġa kien faddal €6.4 miljun biex meta jiġi biex jiddepożita dak l-ammont ma jiġuhx b’ħafna mistoqsijiet minn fejn ġew il-flus, u mhux talli ma ħadtx azzjoni, talli iddefendejtu u tajtu promozzjoni, u mbagħad tmur quddiem id-dinja tgħid li tistenna li ħaddieħor jieħu azzjoni.

Imma dan hu l-istess Prim Ministru li fi Frar kien qed jgħidilna li ma jara li hemm xejn ħażin li Ministru tiegħu fetaħ kumpanija u trust sigrieta fil-Panama waqt li kien Ministru. Xejn ħażin hux. Kien biss issa li dan l-iskandlu faqqa’ mad-dinja kollha u kulħadd seta’ jara kif kienu r-reazzjonijiet ta’ pajjiżi normali li l-Prim Ministru beda jdawwar xi ftit id-diska. Għax issa rajna Ministru jirriżenjaw għax kellhom kumpaniji moħbija qabel ma saru Ministri, u allura iżjed dehret kunrastanti l-pożizzjoni tal-Prim Ministru Malti li jiddefendi Ministru li dawn il-kumpaniji fetaħhom l-għada tal-ġurament tal-ħatra tiegħu.

Imma qalilna li jiddispjaċieh. “Talabna apoloġija”. U allura suppost ninsew kollox u kollox jibqa’ għaddej. Għax la qalulna ‘sorry’, ma ġara xejn li pruvaw jiftħu kont biex idaħħlu mill-inqas miljun fis-sena minn “senseriji” waqt li kienu qed ibiegħu l-akbar assi tal-pajjiż. U ma ġara xejn li lill-banek kien qed jgħidilhom li għandu €6.4 miljun x’jitfa’ fil-kont. Jippretendi li ninsew.

Imma la ma tistax tibqa’ tafda, ma tistax tinsa. Speċjalment meta hi ovvja li Muscat u Mizzi mhux vera iddispjaċiehom ta’ li għamlu. Iddispjaċiehom biss li inqabdu. U allura, il-fiduċja li ntilfet issa mhu ser jerġgħu jiksbuha qatt.

Imma l-inkwiet mhux dan. L-inkwiet hu li minn flok warrbu u ġew investigati mill-Pulizija, kif kien jiġri kieku konna pajjiż normali, dawn bdew kampanja sistematika ta’ gideb u tfiegħ ta’ tajn biex mhux biss iħammġu l-Oppożizzjoni u l-membri tagħha, iżda jħammġu l-politika kollha kemm hi.

L-istrateġija tal-Gvern hi waħda: li jikkonvinċi lin-nies li l-politika hi maħmuġa, li biex tkun fil-politika trid tkun korrott, u allura li l-politiċi huma kollha pezza waħda u dak li qed jagħmlu l-Ministri u d-Deputati ta’ dan il-Gvern huwa normali.

U din l-istrateġija ilha għaddejja mill-bidu tal-leġislatura. Pruvaw ibbellgħuhielna:
      -       li huwa normali li nies ħbieb tal-Prim Ministru jsiru miljunarju mil-lum għall-għada;
-        li huwa normali li min għandu jagħti t-taxxa u l-kera lill-Gvern, minflok il-Gvern jiġri warajh biex jitħallas,jispiċċa jtieh aktar minn €4 miljuni,
-        li huwa normali li l-Ombudsman isib li intużaw metodi qarrieqa fl-applikazzjoni tal-ippjanar tiegħek, u kollox jibqa’ għaddej qisu qatt ma kien xejn, għax il-file tiegħek jibqa’ għal xhur sħaħ quddiem il-Prim Ministru “...li jiddeċiedi...”
-        li huwa normali li x-xufier tiegħek jispara fuq in-nies, int tigdeb biex tgħattilu, u l-Prim Ministru jżommok fil-Kabinett;
-        li huwa normali li tinsab ħati li sraqt u xerridt ritratti personali ta’ individwu, u flok titkeċċa, tieħu job minn fuq dahar il-poplu b’paga ta’ €80,000 u tissejjaħ “Suldat tal-Azzar“.

Ħbieb, importanti li ma nħallux il-Partit Laburista jirnexxi f’din l-istrateġija maħmuġa li qed tagħmel ħsara kbira lis-sistema politika u d-demokrazija tagħna. Le, maħniex kollha l-istess.

Le, ħafna minna jekk jiġi Gaffarena quddiemna ma niffirmawlux biex jieħu €3.5 miljuni minn fuq dahar il-poplu għalxejn.

Le, ħafna minna jekk jiġi tal-Café Premier ma ntuhx ¢4.2 miljuni minn fuq dahar il-poplu flok niġru wara l-flus li l-poplu għandu jieħu minn għandu.

Le, ħafna minna m’għandniex interess li mmorru niftħu kontijiet moħbija biex nimlewhom bil-flus minn fuq dahar il-poplu meta nkunu fil-poter.

Il-politika mihix maħmuġa. Il-politika hija l-futura ta’ uliedna. Il-politika hija l-opportunitajiet ta’ xogħol u ta’ edukazzjoni li ħa ntuwhom. Il-politika hija s-servizz ta’ saħħa li ħa nsibu meta niġu bżonnu. Il-politika hija l-futur tal-pensjonijiet tagħna. Il-politika hija kif ħa nieħdu ħsieb l-ambjent li rridu ngħixu fih. Il-politika hija kif ħa nagħmlu ġustizzja soċjali mal-batut u l-vulnerabbli.

U għalhekk, ħbieb, hemm bżonn li nkomplu ningħaqdu biex nerġgħu nagħtu lil pajjiżna politika mibnija fuq il-ġid komuni u l-onesta’, ħalli pajjiżna jerġa’ jikseb id-dinjita’ li tixraqlu, ir-reputazzjoni li tixraqlu, u l-Prim Ministru li tassew jixraqlu.



Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is