Skip to main content

Posts

Showing posts from February, 2016

An insult to the judiciary

This article was published in MaltaToday on Sunday 14th February 2016 The nominations of lawyers Ingrid Zammit Young and Caroline Farrugia Frendo to the magistrates’ bench have been mired in controversy and left the current government with another egg on its face. Apart from highlighting all that is wrong with the current administration, they have also re-ignited the discussion on appointments to the judiciary. It is also the second time in less than a month that decisions taken by Muscat’s government have been condemned by a Constitutional body. In January it was the NAO which highlighted the “collusion” between Castille and Gaffarena in the Old Mint Street expropriation deal, the cover-up attempt which occurred in the succeeding months’ with fraudulent changes in the relevant minutes and correspondence, and how Parliamentary Secretary Michael Falzon went ahead with signing the deal notwithstanding being warned against by two officials in the civil service. This time, it was th

Il-bidu tat-tmiem

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 3 ta' Frar 2016 Qed nibda l-artiklu b’din il-frażi għax hija l-mod li bih il-Kap tal-Partit Nazzjonalita Simon Busuttil iddeskriva xi jfisser l-iskandlu ta’ Gaffarena għal Gvern ta’ Muscat. Dan jista’ jkun il-bidu tat-tmiem ta’ dan il-Gvern. Fl-opinjoni tiegħi, huma tlieta r-raġunijiet prinċipali għalfejn dan huwa minnu. L-ewwel nett, dan l-iskandlu wera biċ-ċar li mhux talli għandna Gvern li l-korruzzjoni ma jiġġilidhiex, mhux talli għandna Gvern li mhux jikkontrolla l-iffangar ta’ dawk qrib tiegħu, iżda talli għandna Gvern li l-korruzzjoni jorganizzaha hu minn Kastilja. Din hija waħda mill-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali, li kkonkluda li f’dan l-iskandlu kien hemm “kollużjoni”, u allura ftehim fil-moħbi biex isir gwadann illeċitu, bejn is-Segretarjat tal-Segretarju Parlamenteri fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-Dipartiment tal-Artijiet, u Gaffarena. Kien Gaffarena li iddeċieda li jsir l-esproprj

Wara l-Konvenzjoni: Konvinzjoni u Kuraġġ

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 21 ta' Jannar 2016 Wieħed ma jistax ma jħarisx lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet u ma jħossux ottimist. Il-Partit Nazzjonalista organizza b’suċċess it-tieni Konvenzjoni Ġenerali kemm ilha li din iddaħħlet fl-istatut tiegħu. Wara li s-sena ta’ qabel it-tema tal-Konvenzjoni kienet Idea Malta, din is-sena t-tema kienet Idea Ambjent. L-ambjent huwa qasam li qed jiġi traskurat u injorat għal kollox minn dan il-Gvern. Insemmu biss l-isferġju taż-Żonqor, li dan il-Gvern irid jagħti lil Hani Salah akkost ta’ kollox, il-permess li nħareġ lil Ian Borġ b’mod qarrieq (u li l-Ombudsman irrakkomanda li jiġi irtirat), l-emendi fil-MEPA biex l-NGOs u l-ambjent ikomplu jitilfu mill-importanza tagħhom, u policies ġodda bħal dik tal-agrituriżmu li huma biss skuża biex tinbena aktar art barra miz-zona tal-iżvilupp. Dan kollu qed joħloq reazzjoni fost il-poplu, u qed tqum aktar kuxjenza li jekk mhux ser ningħaqdu biex issir xi ħaġ

Sena ta' żvolti

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 7 ta' Jannar 2016 Bdiet sena oħra, u f'dan iż-żmien huwa tajjeb li nħarsu lura lejn is-sena li għada kemm għaddiet. Fil-lat politiku nazzjonali, kienet sena interessanti ferm. Sena li rat żvolta fil-mod kif issir il-politika kemm fuq in-naħa tal-Gvern, u kemm fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni. Sfortunatament, rajna Gvern li matul is-sena li għaddiet sar aktar sfaċċat fl-iskandli li jħalli għaddejjin, jew saħansitra jorkestra hu. L-istorja ta' Gaffarena, li tibda mill-permess għal pompa illegali, tkompli bl-oxxenita' tal-artijiet tal-Gvern li ingħata wara esproprjazzjoni immuntata fuq kwart ta' proprjeta' fil-Belt. L-istorja tal-familja Zammit, li jinstab li kienet imsieħba fin-negozju ma' Gaffarena, bit-tifel ta' Zammit fl-istess ħin jinvestiga lir-raġel tat-tifla ta' Gaffarena dwar qtil, u l-istess tifel jgħaddi bord minn mal-Pulizija u jiddaħħal fl-Enemalta għal għexieren ta' eluf ta' ewr