Artiklu li deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 30 ta' Marzu, 2016 Kemm ilu li ħareġ fil-beraħ l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti li l-Ministru Konrad Mizzi u l-id il-leminija tal-Prim Ministru Keith Schembri fetħu flimkien fil-Panama, il-Gvern intilef f’tentattiv wara l-ieħor biex jipprova joqtol il-gravit à ta’ din l-istorja. L-evidenza ċirkostanzjali li qed toħroġ fuq din l-istorja hija gravi ħafna, u tqajjem dubji serji. Iż-żewġ min-nies l-aktar qrib tal-Prim Ministru, li jattendu waħedhom mal-Prim Ministru għal żjara fl-Azerbaijan fejn ma jiġi infurmat ħadd mill-ġurnalisti u ħadd mis-servizz pubbliku u diplomatiku biex jakkumpanjahom, fl-istess żmien li fih jagħmlu ftehim ma’ dan il-pajjiż li minnu pajjiżna jitlef 14-il miljun ewro, jiftħu kumpaniji sigrieti fil-Panama, post li hu blacklisted minn Malta stess bħala membru tal-Unjoni Ewropea. Kumpaniji li jiftħu b’istruzzjonijiet ċari fl-applikazzjoni tagħhom lill-awtoritajet tal-Panama li ma jridux jippermettu li jsir a
Mark huwa inġinier u kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq ir-4 u l-10 distrett, f'isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa Kunsiller elett fil-Kunsill Lokali tal-Gudja sa mill-2006.