Skip to main content

Posts

Showing posts from April, 2016

X'differenza!

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-ġurnal In-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 27 ta' April 2016 Nhar it-Tnejn li għadda sar magħruf li l-inkjesta maġisterjali li infetħet biex tinvestiga l-użu tal-fuel tal-karozza ta’ Simon Busuttil waslet fit-tmiemha. Kif kulħadd stenna, l-inkjesta sabet li ma kien hemm ebda abbuż, anzi lanqas biss kien hemm każ x’jinfetaħ, u eżonerat lix-xufier Toni Tabone minn kull akkuża. Ilkoll niftakru kif beda dan il-każ. Kien l-Ispeaker Anġlu Farrugia li fetaħ dan il-każ billi bagħat għal Pulizija, għax qal li sab xi diskrepanzi f’kemm qed jiġu reġistrati mili fuq il-karozza u kemm qed jintalab fuel (li kien jammonta għal medja ta’ €75 fil-ġimgħa). Kumbinazzjoni dan il-każ infetaħ l-għada li l-Oppożizzjoni ppreżentat id-dokument tagħha għal governanza tajba, “Nibnu fiduċja ġdida fil-politika”, u kumbinazzjoni ġimgħa wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni kkontesta ruling tal-Ispeaker. Biex ma nżidux li kumbinazzjoni wkoll, ftit ġimgħat wara, it-tifla

The Police have a duty to act

It's time for Muscat, Mizzi and Schembri to stop play-pretend. The revelations in the Australian Financial Review are damning. There is documented proof they intended to deposit €350k a year, in an account opened with a minimum initial deposit of €1 million. Since these amounts were never part of Mizzi's declared assets, and are far higher than his ministerial salary or rental income could ever gain, it is obvious that the account was intended to launder money (whether previously hidden for tax-evasion or gained through corrupt activities). The laundering of money gained from an illegal activity is punishable by up to 18 years imprisonment (without any proof of the criminal activities from which they were gained being needed). Faced with these public revelations, it is shocking that the Police Commissioner still does nothing, while Mossack Fonseca offices are being raided all around the world for prosecutors to get hold of evidence to present in a Court of Law. At

Jiddeċiedi...jew ma jiddeċidix?

Artiklu li deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 13 ta' April, 2016 Ħafna drabi nisimgħu lill-politiċi jagħmlu dikjarazzjonijiet bombastiċi. Qisu iktar ma’ jiddikjaraw xi ħaġa b’mod bombastiku, u forsi eżaġerat, iżjed jidhru kemm huma mexxejja, kemm huma qawwija, kemm huma b’saħħithom. U kultant, dikjarazzjoni, kelma, frażi, tant jirrepetuwha li għalkemm mhux bilfors tkun eżattament korretta, in-nies jispiċċaw jassoċċjawha magħhom daqs li kieku kienet minnha. Jekk hemm politiku li huwa espert ta’ din it-tattika huwa bla dubju ta’ xejn Joseph Muscat. Issa qed drajna li kulmeta l-Prim Ministru jiddikjara xi ħaġa b’mod ripetut, ikun ifisser eżatt bil-maqlub. Waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet ripetuti hija li Joseph Muscat huwa “Prim Ministru li jiddeċiedi”. Tant irrepetieha, tant intużat fil-propoganda tal-Labour, illi kważi illum kulħadd jemminha. Fil-konferenza ġenerali tal-Ħadd li għadda, Joseph Muscat mar pass oltre’. Qalilna li hu “jogħxa bid-deċiżjonijiet”. U m