Skip to main content

Posts

Showing posts from October, 2016

Is the ElectroGas plant needed?

This article was published in Malta Today on Sunday 23rd October 2016  ( http://www.maltatoday.com.mt/comment/blogs/70916/is_the_electrogas_plant_needed#.WBNsVuF97m0 ) The government claims the new gas power station and consequently, the floating storage unit (FSU) providing its gas supply, are required for two reasons: reducing our air emissions and our energy bills. But do these claims hold true? Let’s first take a look at our current energy supply. Eliminating the Marsa power station, which has now been decommissioned thanks to the interconnector, and the Delimara phase 1 steam turbine which the government announced it will dismantle, we have: an interconnector joining us to the European grid, supplying up to 200MW of electrical power, the BWSC plant (144MW), and Delimara phase 2 and Delimara phase 3, which together provide another 180MW of electrical power. This means our total energy supply can reach up to 524MW. And what is our energy demand? Statistics published by Enemal

Budget soċjali jew budget bla pjani?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 26 ta' Ottubru 2016 Il-ġimgħa li għaddiet tħabbar il-budget tal-Gvern Laburista għas-sena li ġejja. Budget li l-Gvern sejjaħlu “budget soċjali”. Pero’ kemm kien soċjali dan il-budget, speċjalment meta dan kien ġej minn partit suppost soċjalista, u speċjalment meta wieħed iżomm f’moħħu li ilna tant niftaħru li l-pajjiż għandu ekonomija sejra tajjeb u li qed tikber b’rata mgħaġġla? Ejja nibdew mill-kontijiet tad-dawl. Wara li l-kontijiet kienu raħsu grazzi għall- interconnector , l-effiċjenza tal- power station tal-BWSC u t-tnaqqis drastiku fil-prezz taż-żejt, kulħadd stenna li issa li daħal f’pajjiżna t-tanker tal-gass u ser tibda topera l- power station l-ġdida tal-Electrogas, il-kontijiet kienu ser jerġgħu jorħsu. Fl-aħħar mill-aħħar, din kienet il-wegħda tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni: li jibni power station ġdida taħdem bil-gass u li grazzi għaliha jkun jista’ jtina roħs ta’ €70 miljun fil-kontijiet ta

Monument tal-Korruzzjoni

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 12 ta' Ottubru 2016  Din il- ġimgħa wasal fostna t-tanker Armada LNG Mediterrana, tanker li ser ikun qed jankra b’mod permanenti fil-port ta’ Marsaxlokk għas-snin li ġejjin sabiex iservi ta’ ħażna ta’ gass għall-powerstation il-ġdida li dan il-Gvern qed jibni. Il-Partit Nazzjonalista sa mill-bidu kritika d-deċiżjoni li jitpoġġa dan it-tanker fil-bokka tal-bajja ta’ Marsaxlokk, u dan għal diversi raġunijiet, b’mod partikolari raġunijiet ta’ sigurta’. Mill-banda l-oħra il-Partit Laburista qed jipprova jikkonvinċi li huwa biss grazzi għal dan it-tanker li ser ikollna arja aktar nadifa u kontijiet orħos. U allura mhux ta’ b’xejn li ħafna nies qed iħawdu l-fatti u jitfixklu. Ejja nibdew mill-bidu. Dan it-tanker ġie Malta biex tkun tista’ tinxtegħel il-powerstation ġdida tal-gass li bena dan il-Gvern. U għalfejn Joseph Muscat qalilna li għandna bżonn nixegħlu din il-powerstation illum qabel għada? Għax fl-aħħar elezz