Skip to main content

Posts

Showing posts from December, 2016

Deċiżjoni kontra l-poplu

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 21 ta' Diċembru 2016 It-Tnejn li għadda il-Bord tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) iddeċieda bi tmien voti kontra wieħed favur li jinħareġ il-permess IPPC biex it-tanker tal-gass u l- powerstation il-ġdida tal-Electrogas jibdew joperaw. Il-Partit Laburista sejħilha deċiżjoni storika. U hija deċiżjoni storika tassew, għax hija l-ewwel darba fl-istorja tal-umanità li ġie approvat permess biex tanker, bla magni, mimli gass LNG, mingħajr regasification unit , jissuplixxi l-LNG lejn l-art f’port miftuħ għall-elementi. L-ewwel wieħed fid-dinja. Minn kollox għamel il-Bord tal-ERA biex ifixkilna fil-proċess. L-ewwel tagħna biss tletin ġurnata biex induri 15,000 paġna ta’ dokumentazzjoni, u mbagħad żidhomlna b’miżerja ta’ għaxart ijiem oħra għal erbgħin ġurnata. Imbagħad fil-laqgħa tal-konsultazzjoni pubblika fejn għamilna l-mistoqsijiet lill-operatur ħlewlna erba’ siegħat mil-laqgħa bi preżentazzjonijiet, biex ma ħ

It-tanker tal-gass: l-ERA għandha tivvota kontra (2)

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ġimgħa 16 ta' Diċembru 2016 Fl-aħħar artiklu tiegħi fin-Nazzjon,  dħalt ftit fid-dettal fuq in-nuqqasijiet li hemm fir-rapport tas-sigurta’ tat-tanker tal-gass (LNG) li ġie ppreżentat quddiem l-Awtorita’ tar-Riżorsi fl-applikazzjoni tal-Electrogas biex dan it-tanker jibda jopera. Illum ħa nkompli nsemmi xi nuqqasijiet oħra li sibnia fir-rapporti marittimi, u li ssottomettejna fir-rapport li ppreżentajna lill-Awtorita’. Fl-istudji marittimi skoprejna li r-rapporti tal-qawwa u d-direzzjoni tal-mewġ fil-bajja ta’ Marsaxlokk ma sarux abbażi ta’ qisien reali li jittieħdu minn baga li titpoġġa fil-post. Din hija l-proċedura li tintuża s-soltu fi proġetti ta’ ċertu kobor. Per eżempju kulmeta saret xi estensjoni tal-Freeport, ukoll għal madwar sentejn ittieħdu qisien dettaljati u reali fil-post qabel ma nbniet. Fil-każ ta’ dan it-tanker skoprejna li r-rapporti ibbażaw ruħhom biss fuq qisien li ittieħdu minn fuq website fuq l-internet!