Skip to main content

Pajjiż f’salib it-toroq





Nhar il-Ħadd tlaqqa’ l-ewwel Kunsill Ġenerali indirizzat mill-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Kunsill Ġenerali li matulu komplew jiġġeddu l-istrutturi tal-Partit, bl-elezzjoni tal-President tal-Kunsill Ġenerali u tat-18-il rappreżentant tal-Kunsill fl-Eżekuttiv tal-Partit. Elezzjonijiet li raw rekord ta’ 59 kontestant, li juru li l-Partit Nazzjonalista altru milli miet, altru milli tkisser kif qed jippruvaw ipenġuh xi wħud, għadu ħaj u qed jara numru sabiħ ta’ nies lesti biex jagħtu l-kontribut tagħhom fih.

Ma nistax ma nibdiex billi nirringrazzja lil dawk kollha li offrew is-servizz tagħhom. Nifraħ lil dawk kollha li ġew eletti, b’mod partikolari lil Kristy Debono li hija l-President il-ġdid tal-Kunsill Ġenerali, u nirringrazzja lill-kunsilliera li bil-vot tagħhom reġgħu ikkonfermawni bħala membru fl-Eżekuttiv. Konvint ukoll li dawk kollha li ma ġewx eletti ħa jkunu qed ikomplu bil-ħidma tagħhom fl-istrutturi differenti tal-Partit.

Kif qal il-Kap fid-diskors tiegħu nhar il-Ħadd, pajjiżna jinsab f’salib it-toroq. Id-dinja qed tħares lejna, u tgħidilna “Stat mafjuż”, pajjiż korrot, pajjiż mibjugħ, pajjiż maħkum mill-kriminalità organizzata, pajjiż b’korp tal-Pulizija partiġġjan, pajjiż fejn id-demokrazija hija fażulla, pajjiż fejn l-elezzjonijiet u l-Qrati jeżistu biss għad-dehra, u pajjiż fejn ma tirrenjax is-saltna tad-dritt. Dawn kollha huma kummenti li dehru mal-media internazzjonali, u jweġġgħuna.

Iweġġgħuna għax aħna nħobbu lil pajjiżna. Iweġġgħuna għax il-poplu Malti mhuwiex hekk. Fil-maġġoranza tiegħu, il-poplu Malti huwa poplu bieżel, li jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum b’mod onest, li jippreferi jaqla’ mitt ewro u filgħaxija jorqod komdu fuq l-imħadda milli jaqla’ mitejn u ma jistrieħx għax dawn ma jkunux ġejjin minn qliegħ onest. Iweġġgħuna għax aħna nixtiequ li pajjiżna jkun meqjus bħala pajjiż Ewropew, bħala pajjiż ċivilizzat, bħala pajjiż demokratiku, fejn tgħix fih b’moħħok mistrieħ li l-istituzzjonijiet tal-Istat jiddefendu lilek u mhux lill-Gvern, u li meta tiġi bżonnhom ħa jimxu kif għandhom jimxu, għax il-liġi tkun meqjusa l-istess għal kulħadd.

Imma matul dawn l-erba’ snin, dan kollu qala’ daqqa. Ftit ftit tnaqqret kull fiduċja li kellna, ftit ftit waqgħet l-illużjoni, immexxija ‘l quddiem mill-propoganda kbira tal-Gvern, li dan il-pajjiż qed jgħix l-aqwa żmien. Mal-bomba li ħasdet il-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia, l-illużjoni spiċċat, u ilkoll rajna li taħt dik il-maskla, kien tnawwar kollox. Ilkoll rajna li fl-aħħar mill-aħħar, il-korruzzjoni twassal għal nuqqas kbir ta’ sigurtà f’pajjiżna, għal inġustizzja, għal mewt.

U dan kollu għandu jimbuttana biex naħdmu għal pajjiż aħjar. Aħna maħniex negattivi, mhux vera. Negattiv min jgħid li pajjiżna ma jistax ikun aħjar, negattiv min jgħid li dawn affarijiet normali, negattiv min jgħid li l-istituzzjonijiet m’għandhom bżonn tal-ebda riforma.

Aħna mhux biss tkellimna, imma morna fil-Parlament, u Adrian Delia ppreżenta programm sħiħ ta’ ħidma biex il-Parlament tagħna jagħti sinjal lil poplu li jrid ibiddel ir-rotta. Proposti li jistgħu iseħħu din il-ġimgħa stess, oħrajn li għandhom jitwettqu fi żmien sitt xhur, u tibdil Kostituzzjonali li nistgħu nagħmlu sa sentejn oħra.

Iżda sfortunatament, sab Joseph Muscat negattiv li rema kull proposta, iddefenda l-istituzzjonijiet, u iddefenda l-istatus quo. Joseph Muscat li qed iżomm sod kontra l-bidliet li għandna bżonn ilkoll, u li għandhom jgħaqqduna lkoll bħala poplu.

Għalhekk, dan huwa żmien partikolari għal pajjiżna, żmien ta' sfidi kbar, li jitfa' fuqna responsabbilità kbira. Jien din l-isfida lest nilqagħha, u lest nagħti s-sehem kollu tiegħi biex ngħixu f'pajjiż aħjar. Għalhekk, wara li f'dawn il-jumejn tkellimt mal-Kap u ma' diversi uffiċċjali oħra, ilbieraħ ikkonfermajt li l-ġimgħa d-dieħla ser inkun qed nitfa' n-nomina tiegħi għall-kariga ta' President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.


Pajjiżna għandu bżonn Oppożizzjoni b'saħħitha, magħquda, organizzata u lesta biex toffri Gvern alternattiv li jilħaq l-aspirazzjonijiet tan-nies mingħajr ma jkun korrott, mingħajr ma jqiegħed is-sigurtà tagħna fil-periklu, u mingħajr ma joħnoq is-saltna tad-dritt. Għal dan ser naħdem, u nistieden lil kull wieħed u waħda minna li għandna 'l pajjiżna għal qalbna, biex bil-ftit li jista', b'dak li jgħid u b'dak li jagħmel, jagħti sehemu għal dan hu wkoll.


Dan l-artiklu deher f'In-Nazzjon tal-Erbgħa 9 ta' Novembru 2017.

Comments

Popular posts from this blog

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

The Great Energy Proposal

I followed the example of a facebook comment uploaded on another blog to work out the savings my household will make with Labour's energy proposals. Our bill for of €717.80 for 7 months is divided into: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €404.83 A water service charge of €33.46 Water consumption of €242.65 Through the new tariff scheme, reducing the electricity consumption bill by 25% and the water consumption bill by 5%, our bill will read: An electricity service charge of €36.86 Electricity consumption of €303.62 A water service charge of €33.46 Water consumption of €230.52 A total of €604.46 for the same 7 months. A reduction of €16.20 a month. But this reduction comes at what price? This grand plan, the one we have been expecting for all these years, will materialize  if  we find a private investor ready to fork out €500 million in capital investment,  if  we reach a 10-year fixed price agreement,  if we manage to b

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is