Skip to main content

Posts

Showing posts from April, 2011

2,800 Żgħażugħ - il-Fatti

Il-Partit Laburista qed jakkuża lill-Gvern li jrid iċaħħad il-vot fir-referendum dwar id-divorzju lil 2,800 żagħżugħ. Il-fatti huma dawn: 14 ta' Frar 2011: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Joseph Muscat iressaq mozzjoni fil-Kamra tad-Deputati fejn jipproponi fost l-oħrajn li: "mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem mill-approvazzjoni ta’ din ir-Riżoluzzjoni, għandu jissejjaħ Referendum Konsultattiv kif provdut fl-Artikolu 3 tal-Kapitolu 237 tal-Liġijiet ta’ Malta, u li dan ir-Referendum Konsultattiv għandu jsir mhux aktar tard minn erbgħin (40) jum minn meta jissejjaħ" (Mozzjoni 208 tal-11-il Leġislatura). B'din il-mozzjoni, ir-Referendum kellu jissejjaħ sat- 23 ta' Marzu , u jsir sat-30 t'April. 17 ta' Frar 2011: Il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi jikteb lil Dr. Muscat biex jagħmel żewġ emendi għall-mozzjoni: (a) il-mistoqsija tkun ġenerika jekk il-poplu jridx li tidħol leġislazzjoni tad-divorzju u (b) ir-Referendum isir aktar tard biex ma jaħbatx mal-għada