Qed naqsam magħkom l-editorjal ta' Radio 101 minn John Zammit, tal-lum il-Ħamis 28 ta' Novembru 2013. Fir-rumanz ' 1984 ', George Orwell j iddeskriv i kif reġim soċjalista jagħti tifsiriet ġodda lil kliem qodma b'mod li n-nies ma jkunux jistgħu jikkritikawh. Il-vokabolarju l-ġdid jissejjaħ 'newspeak'. Dil-ħaġa suppost tiġri fil-pajjiż fittizju Owelljan ta' 'Oceania'. Imma issa, fl-aħħar xhur, qed jiżviluppa 'newspeak' ġdid f'pajjiż ta' veru. F'dal-pajjiż, il-kelma 'etika' issa saret tfisser li tkun ministru u tagħmel ukoll xogħol privat. In-'newspeak' ta' dal-pajjiż jagħti ħafna tifsiriet għal dil-kelma biex żgur tifhimha. Per eżempju, tfisser li 'tkun ministru u ddaħħal il-mara taħdem miegħek fil-ministeru tiegħek stess'; jew 'tiddikjara li ma qlajtx lanqas il-paga minima mill-professjoni'. Tifsira oħra hi: 'il-gvern iħallsek biex tikri l-karozza tiegħek lilek
Mark huwa inġinier u kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq ir-4 u l-10 distrett, f'isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa Kunsiller elett fil-Kunsill Lokali tal-Gudja sa mill-2006.