Skip to main content

Posts

Showing posts from December, 2013

L-aqwa fl-Ewropa

Dan l-artiklu deher fil-Mument ta' nhar il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Hekk kien jgħid li jrid jagħmilna Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. L-aqwa fl-Ewropa. Pero’ tajjeb li issa li l-Gvern ilu kważi sena fil-kariga, naraw f’hiex verament Joseph Muscat għamilna l-aqwa. Tajjeb niftakru li sal-bidu ta’ din is-sena, pajjiżna kien għadu msemmi bħala “mudell ekonomiku għall-kumplament tal-Ewropa”. Wieħed mill-iżjed pajjiżi b’rata ta’ qagħad baxxa. Pajjiż li flimkien mal-Ġermanja kien ra l-akbar tkabbir ekonomiku minkejja l-kriżi finanzjarja li ħakmet lid-dinja. Pajjiż b’ekonomija ħajja u b’ħafna industriji ġodda u moderni li kienu qed jissaħħu u jiġu attirati lejn pajjiżna. Il-Gvern Laburista, wiret pajjiż li kien l-għira ta’ ħafna. Fil-verità, ma kienx jonqosna ħafna biex inkunu ikkunsidrati “l-aqwa fl-Ewropa”. Il-ġimgħa l-oħra pero’ ħarġet statistika tal-Eurostat li għandha ġġagħlna nitħassbu. Din l-istatistika la ħarġet mill-Partit Nazzjonalista u lanqas mill-Uffiċċju Naz

Il-banalizzazzjoni tar-Repubblika

Dan l-artiklu deher f' Il-Mument ta' nhar il-Ħadd 8 ta' Diċembru 2013 Ġimgħa wara l-oħra, jkomplu joktru l-istejjer li jġagħluk temmen li pajjiżna qabad rankatura għan-niżla li ħa jkun diffiċli jqum minnha. Pajjiżna ser jerġa’ jospita c-CHOGM. Wara li pajjiżi oħra irrifjutaw li jospitawh minħabba l-attroċitajiet li qed iseħħu fis-Sri Lanka, il-Prim Ministru tagħna għolla jdejh u qallhom: “Nagħmlu jien nagħmlu jien!”. Wieħed jitħasseb kemm hi għaqlija din id-deċiżjoni meta għandna biss sentejn u meta l-Gvern alloka budget tliet darbiet akbar minn kemm sewa dak tat-2005. Biex tkompli tgħaxxaq, it-task force organizzativa se tkun immexxija minn Phyllis Muscat, persuna mingħajr l-ebda esperjenza diplomatika imma sempliċiment ħabiba tal-familja tal-Prim Ministru. X’jimporta s-serjetà u d-diplomazija. L-aqwa li tgawdi l-klikka. Wara li ċ-ċittadinanza ta’ pajjiżna ġiet redikolata ma’ wiċċ id-dinja, il-Gvern jidher li beħsiebu wkoll jirredikola l-onorefiċenzi li jagħti