Skip to main content

Posts

Showing posts from February, 2015

Inneħħu d-dubji minn moħħ il-poplu

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 26 ta' Frar 2015 Il-media tal-Partit Laburista g ħażlet li terġa’ tipprova toħloq storja fuq l-iskandlu tax-xiri taż-żejt, u tipprova li fil-proċess b’xi mod iċċappas il-Partit Nazzjonalista. Dan bit-tentattiv li tgħatti u tnessi l-oxxenitajiet li qed jagħmel dan il-Gvern. Pero’ ejja ngħidu l-fatti kif inhuma. L-iskandlu tax-xiri taż-żejt kien każ gravi fejn uffiċċjali pubbliċi li ġew appuntati biex jamministraw fondi pubbliċi, allegatament użaw il-pożizzjoni tagħhom biex ħaxxnu bwiethom minflok għamlu xogħolhom b’responsabbilita’. Dawn l-affarijiet sfortunatament ġraw taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, u ċert li ser jibqgħu jiġru taħt kull Gvern. Il-mistoqsija hija kif iġib ruħu l-Gvern meta jiltaqa’ ma’ każ bħal dan.   U x’għamel Gvern Nazzjonalista meta feġġ dan il-każ? Dakinhar stess, ra li l-Pulizija tinvestiga fid-dettal x’ġara, sa ġew interrogati Ministri tal-Gvern stess bil-liberta’ kollha, ingħatat proklama

Id-Daħla tal-Belt Kapitali

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 12 ta' Frar 2015 Waħda mid-deċiżjonijiet li kien ħa Gvern Nazzjonalista lura fl-2009 kienet li jagħti dehra ġdida lil Belt Valletta. Sar ħafna xogħol ta’ restawr fuq il-fortifikazzjonijiet u pavimentar, pero’ l-aktar deċiżjoni importanti kienet il-proġett tad-daħla tal-Belt. Għal dan il-proġett kien ġie ikkummisjonat l-arkitett u disinjatur ta’ fama mondjali, Renzo Piano. Żgur mhux forsi li parti kbira mill-mertu għala l-Belt Valletta rebħet l-unur għal Belt Kapitali Ewropea fl-2018 kienet ir-riġenerazzjoni kbira li saret fiha f’dawk is-snin, fosthom ukoll dan il-proġett tad-daħla tal-Belt. Kien proġett li għall-ewwel ħoloq xi ftit tal-kontroversja, iżda illum il-ġurnata ħafna huma dawk li jfaħħruh. Jissemma b’mod prominenti f’diversi siti u ġurnali ta’ estetika u arkitettura, u ġa huwa kbir l-ammont ta’ turisti li jaslu Malta jistaqsu għalih. Id-daħla tal-Belt kellha ssir esperjenza. Taqsam il-pont fuq il

The Mathematical Proportionality in our Electoral Law explained

The Constitutional Court today decided that "the shortcomings in the electoral process led to an incorrect result with respect to the representation of the electorate’s wishes and ordered the Electoral Commission to declare as elected, the two PN candidates with the next highest vote count within one month from today.Nationalist Party." The Labour Party is appealing this decision stating that it "obtained 167,533 votes while the Nationalist Party got 132,426 votes. This clearly meant a nine seat majority according to the proportionality principle." But what does our electoral law say, and how did this discrepancy arise? Let's start by explaining what happened, step by step with what the General Elections Act says. When the first count results were concluded, which were immediately contested by the Nationalist Party, the number of elected seats were 37 for PL and 28 for PN. The procedures of Article 23 of the General Elections Act then came into play