Skip to main content

Posts

Showing posts from June, 2015

Demokrazija jew Monarkija Eletta?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 18 ta' Ġunju 2015 Il-ġimgħa l-oħra l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni fil-Parlament biex jiġi revokat l-avviż legali li bih twaqqfet l-aġenzija ċentrali ġdida tal-gwardjani lokali. U r-raġuni hija waħda, il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fis-sussidjarjeta', u li l-poter kemm jista' jkun m'għandux ikun ċentralizzat imma għandu jinżel 'l isfel. Kien għalhekk li per eżempju waqqaf il-Kunsill Lokali, biex deċiżjonijiet li jolqtu l-lokal jittieħdu minn Kunsill eqreb tar-resident u mhux mill-Ministru. Jidher ċar li l-Partit Laburista bil-kontra, jemmen li l-poter għandu jkun ċentralizzat kemm jista' jkun. Huwa għalhekk li deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-gwardjani lokali, u li qabel kienu jittieħdu mill-Kunsilli u mir-Reġjuni, issa ser jibdew jittieħdu minn aġenzija ċentrali li waqqaf apposta. Huwa għalhekk ukoll li naqqas il-fondi tal-Kunsilli Lokali u naqqas l-iskemi li normalment kienu japplikaw għalihom