Skip to main content

Posts

Showing posts from July, 2015

Hip Hip Huawei!

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 16 ta' Lulju, 2015 Fl-aħħar sibna lil Sai Mizzi! Wara xhur nistaqsu fejn marret, minn fejn qed taħdem, kif l-operaturi jistgħu jikkuntattjawha, u kulħadd iwieġeb li ma jafx, fl-aħħar tfaċċat. Tfaċċat għal konferenza stampa li fiha tħabbar li l-kumpanija Ċiniża Huawei iffirmat Memorandum of Understanding mal-Gvern Malti biex tittestja l-5G f’Malta. Konferenza li fiha tħabbar li Sai Mizzi kienet qed taħdem dawn ix-xhur kollha fuq dan il-ftehim flimkien ma’ Joseph Cuschieri, l-Executive Chairman tal-Malta Gaming Authority, waqt li l-kunjatu tiegħu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella kien qed jipprova jikkonvinċina f’intervista li ma kienx jaf minn fejn qed topera u minn fejn qed taħdem Sai Mizzi. F’din il-konferenza stampa, kollha pompa u ċerimonji li fakkruna ħafna fil-konferenza stampa taż-2ċ roħs fil-petrol, sirna nafu li Huawei ħa jkunu qed jiftħu uffiċċju f’Malta u ħa jkunu qed jittestjaw it-teknoloġij

Il-MEPA: Awtorità jew Pupazz?

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 3 ta' Lulju Il-kontroversja dwar il-proposta’ tal-hekk imsejħa “università” fuq art verġni fiż-Żonqor fetħet beraħ diskussjoni dwar l-imparzjalità tal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar. Dan b’mod speċjali wara li l-MEPA ppreżentat rapport preliminari li jiġġustifika l-għażla tas-sit taż-Żonqor għal dan l-iżvilupp. Dan ir-rapport beda jiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju. Kienet laqgħa interessanti immense, li fiha NGOs kif ukoll ċittadini konċernati bħali stajna nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna lill-Kap Eżekuttiv tal-MEPA, li l-uffiċċju tiegħu prepara u preżenta dan ir-rapport. Fost l-oħrajn tkellmu Michael Briguglio u James Debono, f’isem il-Front Ħarsien ODZ, li ħarġu n-nuqqas ta’ serjetà tal-Awtorità li qed tippreżenta rapport ta’ ftit paġni li mhu iffirmat minn ħadd, u li fih ma kien involut l-ebda soċjologu, antropologu, bijologu, espert tat-tr