Skip to main content

Posts

Showing posts from September, 2015

Il-Bidla li l-Poplu Xtaq

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 24 ta' Settembru 2015 Għaddew il-festi tal-Indipendenza, festi li ta’ kull sena l-Partit Nazzjonalista jiċċelebra bil-kbir. U bir-raġun, għax l-Indipendenza timmarka t-twelid ta’ kull  nazzjon . Din is-sena dawn il-festi ingħataw xejra daqsxejn differenti minn tas-soltu, u saru biswit id-daħla tal-Belt Valletta, daħla li ingħatat bixra għal kollox ġdida u ta’ preġju mill-Partit Nazzjonalista. U ma setax ingħażel post aħjar biex tiġi ċċelebrata l-Indipendenza tan- Nazzjon  Malti mill-pjazza maġenb il-Parlament, is-simbolu tas-sovranità tal-poplu Malti, li grazzi għall-Indipendenza sar awtonomu u sar l-ogħla u l-unika istituzzjoni li fiha jiġu dibattuti u mressqa l-liġijiet li jmexxu lil dan il-poplu. Pero’ l-Indipendenza mihix biss kisba ta’ darba u daqshekk. Hija kisba li rridu nxettlu u nkabbru biex nilħqu l-milja tagħha. Wara l-Indipendenza mill-Imperu, jmiss l-Indipendenza tal-poplu. L-indipendenza tal-ħsieb min