Skip to main content

Posts

Showing posts from October, 2015

Risposta ta' Statista

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 22 ta' Ottubru 2015 It-Tnjen li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għamel ir-replika tiegħu fil-Parlament għal budget li ħabbar dan il-Gvern ġimgħa qabel. Kien diskors li fih Simon Busuttil wera kif Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien jagħmel aħjar. Barra minn hekk, kompla jikxef l-iskandli ta’ dan il-Gvern, u kif il-ġid li qed jinħoloq flok jinqasam b’mod ġust jew jintefaq fi proġetti li jgawdi minnhom kulħadd, qiegħed jinqasam bejn il-ftit tal-qalba li qed jiffangaw bil-għama. Kwotazzjoni li spiss tissemma hija li “politiku ħsiebu fl-elezzjoni li jmiss, statista ħsiebu fil-ġenerazzjoni li jmiss”. U naħseb m’hemmx sentenza li toħroġ aħjar id-differenza bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil f’kull aspett tal-budget. Minħabba li limitat bl-ispazju, għal-lum ħa nħares biss lejn il-qagħda ekonomika. Joseph Muscat jiftaħar biss li l-ekonomija qed tikber. Ma jsemmi xejn fuq kif qed tikber u minn x’hiex inhu xp

Tkabbir Sostenibbli u Dinjita’ għal kulħadd

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Ħamis 8 ta' Ottubru 2015 Huwa dan it-titlu tad-dokument ta’ qabel il-budget ippubblikat mill-Partit Nazzjonalista. L-ewwel darba li partit fl-oppożizzjoni ippubblika rapport estensiv u dettaljat ta’ x’inhi l-politika ekonomika tiegħu, x’inhuma l-isfidi li mill-Oppożizzjoni qed iħoss li l-Gvern mhux jindirizza, jagħmel il-kritika ġusta u kostruttiva tiegħu fuq dak li sar, u jressaq il-proposti tiegħu. Dan huwa xhieda tas-serjeta’ li l-Partit Nazzjonalista qed juri sa mill-Oppożizzjoni billi jkun pro-attiv, kif għamel bid-diversi mozzjonijiet u Private Members’ Bills imressqa fil-Parlament f’dawn is-sentejn, li kien l-ogħla ammont ta’ proposti Parlamentari li qatt saru minn partit fl-Oppożizzjoni fi żmien daqshekk qasir. Filwaqt li diversi imsieħba soċjali faħħru dan id-dokument u ddiskutewh flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-Gvern prova jirredikolah f’inqas minn siegħa mindu ġie ppreżentat, li tikxef kemm i