Skip to main content

Posts

Showing posts from May, 2016

Kollha pezza waħda?

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 25 ta' Mejju 2016 Madwar ġimgħa u nofs ilu, assistejna għal Prim Ministru jitkellem fis-Summit Kontra l-Korruzzjoni. Ma kinetx xi ħaġa tas-soltu. Is-soltu l-Prim Ministru drajnieh imur fis-summits biex ibiegħ il-passaporti, li issa nafu li anke inxtraw minn nies korrotti u nies imfittxa mill-Pulizija, u li ħafna minn dawn in-nies anke ingħatalhom id-dritt tal-vot mingħajr ma jikkwalifikaw għalih. Kienet stramba li dan l-istess Prim Ministru issa jmur jitkellem kontra l-korruzzjoni. Aktar minn hekk, il-Prim Ministru qallhom li jistenna li d-dinja tieħu azzjoni fuq dak li ħareġ mill-Panama Papers! Imma trid tkun vera ma tistħix biex tkun l-unika Prim Ministru fl-Unjoni Ewropea li kellek Ministru involut, tkun l-unika Prim Ministru li għandek Ministru li nqabad jipprova jbellagħha lil banek li hu diġa kien faddal €6.4 miljun biex meta jiġi biex jiddepożita dak l-ammont ma jiġuhx b’ħafna mistoqsijiet minn fejn ġew il-flus, u mhux

Power station ta' gideb

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 11 ta' Mejju 2016 Meta politiku jigdeb għax ma jkunx jaf il-fatti sew, huwa ħażin, għax fil-pożizzjoni tiegħu għandu jara li jkun infurmat sew fuq is-suġġett li qed jitkellem fuqu. Iżda meta politiku jigdeb b’mod konxju, u jgħid affarijiet li jkun jaf li mhumiex minnhom, il-ħażin huwa ħafna agħar, għax hawnhekk il-problema mhix li l-politiku mhux infurmat iżda li b’mod konxju qed iqarraq b’dawk li qed jitlobhom il-fiduċja tagħhom.   Meta qabel l-elezzjoni kont nieħu sehem f’diversi dibattiti ma’ Konrad Mizzi, dak li imbagħad inħatar Ministru tal-Enerġija, dan Konrad Mizzi kien jiġi f’kull programm ibiegħ il-proġett tal-Powerstation tal-gass, li skont hu kellu jsir f’sentejn, kellu jsir mingħajr ma tiġi privatizzata l-Enemalta, kellu jiswa €376 miljun li kien ħa joħroġ il-privat mingħajr riskju fuq il-Gvern, li għalih kienu ħa jinbnew żewġ tankijiet fuq l-art, u li permezz tiegħu kien ħa jitħallas id-dejn tal-Enemalta