Skip to main content

Posts

Showing posts from July, 2016

Kummissarju għas-sens komun

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 21 ta' Lulju 2016 Bħalissa fil-Parlament qed tiġi diskussa liġi mressqa mill-Oppożizzjoni ftit xhur biss wara l-elezzjoni tal-2013, illi biha jitwaqqaf Kummissarju għall-Istandards fil-ħajja pubblika. Ir-rwol ta’ dan il-Kummissarju jkun li jinvestiga imġieba mhux xierqa ta’ politiċi, kemm Ministru u kemm Membri Parlamentari, kif ukoll fejn hemm bżonn ta’ persuni f’karigi pubbliċi u ‘ positions-of-trust ’. Dan il-Kummissarju jkun maħtur minn żewġ terzi tal-kamra biex igawdi indipendenza assoluta mill-Gvern u minn kull influwenza partiġġjana. Din il-proposta, il-Partit Nazzjonalista infatti fid-dokument tal-governanza tajba qed jagħmel anke’ għal ħatriet tal-Kummissarju tal-Pulizija, tal-President, tal-Avukat Ġenerali, tal-Prim Imħallef, u ta ħatriet importanti oħra. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien qisu intebaħ mill-ewwel li l-intenzjonijiet ta’ dan il-Gvern fejn tidħol imġieba etika, integra u trasparenti, ma kie

Differenzi kbar, imma sfidi komuni

Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Erbgħa 6 ta' Lulju 2016 Ftit tal-ġimgħat ilu, kelli l-opportunità li nagħmel parti minn delegazzjoni ta’ membri żgħażagħ tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, immexxija mis-Segretarju Ġenerali Rosette Thake, li kienet mistiedna mill-Partit Komunista Ċiniż għal żjara ġewwa ċ-Ċina. Din kienet parti minn programm ta’ żjarat li l-Partit Komunista fiċ-Ċina jorganizza għal delegazzjonijiet minn partiti Ewropej, bil-għan li jibni relazzjonijiet diplomatiċi ma’ dawn il-partiti u biex jipprova jikkoreġi ċertu preġudizzji li jeżistu rigward dan il-pajjiż enormi. Ir-relazzjonijiet bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Komunista Ċiniż ilhom sa mis-sebgħinijiet. Minkejja li hemm diverġenzi, kultant kbar, bejn l-istili, il-prinċipji u l-politika taż-żewġ partiti, wieħed ma jistax ikun parti mid-dinja u jinjora l-iktar pajjiż popolat fid-dinja, b’popolazzjoni li taqbeż il-1.35 biljun ruħ. U peress li fis-sistema politika Ċiniża, il-Partit Komun