Skip to main content

Posts

Showing posts from January, 2017

Safe Passage - What should be the top three priorities to stop or, at least, lessen road fatalities?

My contribution in the Q&A feature in The Times of Malta, Saturday 29th Januray 2017 http://www.timesofmalta.com/articles/view/20170128/opinion/safe-passage.637799 The steady increase in road accidents and the resulting injuries and fatalities is not simply a perception but is proven by statistics. Moreover, the disproportionate increase in motorcycle accidents, which is greater than the increase in the proportion of people using them, shows that motorcyclists and cyclists are more vulnerable. This needs to be addressed if we want to encourage people to move away from their cars and use these modes of transport to ease traffic congestion problems. The Nationalist Party last year published a policy document entitled ‘Reducing traffic congestion’. Although its proposals aim to tackle traffic congestion, some of them overlap with improving road safety. Decreasing the number of cars on the road is the most obvious way of reducing the number of accidents. Therefore, measu

Xi tfisser “stabbilità” għal Joseph Muscat?

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 18 ta' Jannar 2017 Lura f’April 2014, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien sejjaħ konferenza stampa “urġenti”. Ġurnalisti, politiċi, in-nies, kulħadd stenna bi ħġaru biex jara l-Prim Ministru x’kien ħa jħabbar li kien ta’ materja daqshekk urġenti. Kien hemm min spekula li kien ħa jitħabbar xi investiment barrani kbir li ser joħloq ħafna impjiegi. Kien hemm min ħaseb li kien hemm xi re-shuffle ieħor. Kien hemm min basar li kien hemm xi suċċess fin-negozjati fuq l-Air Malta. Iżda oħroġ il-għaġeb, dakinhar l-aħbar il-kbira u urġenti li ried iħabbrilna l-Prim Ministru flimkien mal-Ministru tal-Panama Konrad Mizzi kienet li l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel kienu ħa jorħsu b’żewġ ċenteżmi. Dan meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien fl-iktar livell baxx ta’ dawn l-aħħar għoxrin sena. Meta mistoqsija għalfejn ir-roħs kien daqshekk żgħir, meta bil-prezz internazzjonali taż-żejt ir-roħs kellu jkun ta’ għexieren ta’ ċenteż

Is-Sena tal-Panama Papers

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 4 ta' Jannar 2017 Bdiet sena ġdida, u hekk kif issa waslu biex jgħaddu l-festi, mal-ewwel ħarsitna tmur fuq dak li ser tkun qed toffrielna din is-sena b’mod speċjali fuq sfond politiku. Mhux biss, imma bħal alla Janus, li kellu wiċċ iħares lura u ieħor iħares ‘il quddiem u li għalih hu msemmi x-xahar ta’ Jannar, nagħtu ħarsa lejn dak li għaddejna minnu matul is-sena l-oħra. Is-sena 2016 tibqa’ msemmija madwar id-dinja bħala s-sena tal-Panama Papers. Dan kien l-ikbar leak ta’ informazzjoni fuq livell internazzjonali, li kixef kif dittaturi, oligarki, politiċi korrotti u kriminali, jaħbu flushom u d-dħul li jagħmlu b’mod illegali, kemm biex dan id-dħul mill-kriminalit à ma jiġix investigat, u wkoll biex dħul ieħor li jista’ jkun legali ma titħallasx taxxa fuqu. Dan l-iskandlu wera l-inġustizzja kbira li hawn madwar id-dinja, fejn il-ħaddiem komuni jħallas it-taxxa, filwaqt li s-sinjur u l-korporazzjonijiet jevaduha. Sk