Skip to main content

Posts

Showing posts from February, 2017

Digital services for all

This article was published in The Times of Malta on Saturday 18th February 2017 The past decades have witnessed an exponential increase in the ways and methods in which information technology and digital innovation have infiltrated our daily lives and routines. Both domestic appliances and industrial processes have come to rely more heavily on ICT, and the smart-phone revolution has seen the creation of digital applications for many of the routine tasks we perform daily. This is expected to keep increasing in the near future. As a country, we have never been blessed with natural resources. But what we have lacked in raw materials we have made up for in the industrious work rate and versatility of our workforce. And that is how we have progressed and moved our economy forward throughout the ages. ICT has provided us with the perfect industry in which we can excel through the capability of our workforce without requiring any other natural resource. The Nationalist Party underst

Ekonomija għan-nies - L-Informatika

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon tal-Erbgħa 15 ta' Frar 2017 Flimkien mad-Deputat Claudio Grech u l-kandidata Elaine Camilleri Schembri iltqajna mas-sezzjoni tal-ICT tal-Kamra tal-Kummerċ fejn komplejna niddiskutu l-politika tagħna dwar l-ICT Fl-2015 il-Partit Nazzjonalista ippubblika d-dokument “Ekonomija għan-nies”, li kien wieħed minn sensiela ta’ dokumenti li l-Partit qed jippubblika sa mill-Oppożizzjoni biex kulħadd ikun jaf l-istrateġija tiegħu, il-politika tiegħu, u l-proposti tiegħu f’kull settur partikolari. Hu imporanti li matul din is-sena nispjegaw aħjar x’fih dan id-dokument biex ma jkunx biss studju akkademiku, imma jiġi mifhum mill-poplu kollu. F’dan l-artiklu ħa niffoka fuq wieħed mill-kapitli ta’ dan id-dokument, li jitratta l-Informatika u t-teknoloġija. Qatt ma konna pajjiż b’riżorsi naturali x’juża għat-tkabbir ekonomiku tiegħu. Ir-riżorsa tagħna dejjem kienet il-ħaddiem u l-bżulija tiegħu. Kien għalhekk li dejjem kien importanti li l

Theddida fuq il-ġurnaliżmu u fuq id-demokrazija

Hawn min jargumenta li għax xi ħaġa hija permessa mil-liġi hi ġusta u tajba. Infakkru li l-liġi magħmula mill-bniedem. Li ma jistax jissemma Eddie Fenech Adami fuq ix-xandir ukoll kienet legali. Li jiġi arrestat barrani jekk jitkellem fuq is-sitwazzjoni ta' pajjiżna ukoll kienet legali. Li jingħalqu l-ħwienet tal-Lhud ukoll kienet legali. B'danakollu ma jfissirx li dawn kienu mossi liberali u demokratiċi. Il-punt kollu hu li jekk tkun Ministru, f'kariga li teżerċita poter, u  toħroġ storja fuqek u tkun giddieba, toħroġ il-provi ħa turi lin-nies li dak hu gideb u ma ssirx ħsara lir-reputazzjoni tiegħek, u tiftaħ iva kawża ta' libell. Imma ma tagħmilx mandati fuq l-assi, għax meta tkun f'pożizzjoni li teżerċita poter trid turi li taf iżomm lura milli tagħmilha ta' bully fuq ċittadin jew ġurnalist li m'għandux dak il-poter. Speċjalment jekk jaf qed jgħid il-verita'. Ordni ta' mandat fuq l-assi ta' ġurnalista mhi xejn għajr mossa intimidatorja

Idea Għawdex

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tan-Nazzjon ta' nhar l-Erbgħa 1 ta' Frar 2017 Matul tmiem il- ġimgħa li għaddiet saret it-tielet Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista mindu saret ir-riforma fl-istatut u daħlet fis-seħħ din il-Konvenzjoni, li darba fis-sena tistieden lis-soċjet à ċivili u nies minn bara l-Partit biex jaqsmu l-veduti tagħhom u jagħtu s-suġġerimenti. Dan bħala parti minn eżerċizzju sħiħ ta’ djalogu li l-Partit Nazzjonalista jrid iżomm ma’ kulħadd, ma’ kulmin għandu ‘l pajjiżna għal qalbu. Wara l-Konvenzjoni Idea Malta, u l-Konvenzjoni Idea Ambjent, issa kien imiss il-Konvenzjoni Idea Għawdex. Hawn min forsi jaħseb li dawn il-konvenzjonijiet ma jfissru xejn, u huma biss xi messa-in-scena li ssir għal media . Pero’ huwa ċar li fil-każ tal-Partit Nazzjonalista dan mhux il-każ. Il-konvenzjoni Idea Malta kellha l-intenzjoni li ġġib flimkien lil dawk kollha li xtaqu jaraw Partit Nazzjonalista iżjed b’saħħtu u miftuħ għal kulħadd biex nibdew flimkien innadd