Skip to main content

Intervent fil-Kunsill Ġenerali P.N. - 17/06/2011




Sinjura President, għażiż Kap, Segretarju Ġenerali, sħabi Kunsilliera,

Ninsabu fi żmien kruċjali, tliet snin mill-bidu ta' din il-legislatura. Tliet snin li fihom pajjiżna kellu jaffaċja sfidi kbar: ir-riċessjoni internazzjonali, il-prezzijiet taż-żejt, il-prezzijiet tal-ikel u ċereali, il-kriżi fil-Libja...u b'danakollu, iffaċjat b'dan il-maltemp, pajjiżna baqa' b'saħħtu, baqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi ewropej fit-tkabbir ekonomiku, fit-tnaqqis tar-rata tal-qagħad, u fit-trażżin tad-deficit. Waqt li pajjiżi oħra raw miżuri ta' awsterita' u fabbriki jagħlqu, pajjiżna ra aktar investiment, żidiet fit-turiżmu, u fabbriki jespandu.

Importanti għalhekk li din il-ħidma eċċellenti li twettqet, ma nħallux min jitfagħha fid-dell ta' issues oħra. F'dawn l-aħħar xhur, pajjiżna kien ipparalizzat fuq diskussjoni waħda: id-divorzju. Dik l-issue pero' issa ġiet deċiża. Id-deċiżjoni ntefgħet fuq l-elettorat, u l-elettorat ħadha. Issa jekk hemm prinċipju li dal-partit tant iġġieled għalih u tant iddefenda bi ħġaru meta kien mhedded, huwa r-rispett lejn id-demokrazija, u dan għandu jkun il-bażi ta’ kull prinċipju ieħor. Ejja naqtgħu l-lok għal dubji u għal attakki inutli mill-media. Il-Prim Ministru ġa ddikjara li r-rieda tal-poplu sejra titwettaq u li dmir il-Parlament issa huwa li jfassal l-aħjar liġi possibli. B'daqshekk mhux ser inkunu qed immorru kontra l-valur tat-tisħiħ tal-familja, li hija waħda mill-fehmiet bażiċi ta' dan il-Partit. It-tisħiħ tal-familja ma jiddependix mid-dħul jew le tad-divorzju. It-tisħiħ tal-familja jiġi fost oħrajn frott tal-miżuri li ġa daħħal dan il-Gvern fis-settur pubbliku, bħal flexitime, it-tax-breaks lil-ommijiet li jirritornaw fid-dinja tax-xogħol, l-istipendju li beda jingħata lil ħaddiema fuq il-paga minima li jibdew xi kors taħ taħriġ biex isibu xogħol aħjar, it-twessiegħ tal-brackets tal-income tax, il-miżuri li ttieħdu biex jiġu salvati l-postijiet tax-xogħol. Dawn huma l-inizjattivi li dan il-Partit ħa u jrid ikompli jieħu biex verament isaħħaħ u jħares il-familji.

Għal snin twal, in-nies setgħu iserħu moħħhom li l-Partit Nazzjonalista huwa dak il-Partit li jaffaċja l-issues b'mod professjonali u loġiku, li jagħmel l-affarijiet kif għandhom isiru, u li jsib l-aħjar soluzzjonijiet għall-isfidi li jkun qed jaffaċja l-poplu. Ma nistgħux inħallu li din ir-reputazzjoni li bnejna tul tant snin tittappan minn issues oħra li wasal iż-żmien li jiġu affaċjati u li forsi konna qed inħalluhom fil-ġenb. Ma nistgħux per eżempju nibqgħu passivi, meta bil-liġijiet preżenti, għandna lil min qed jirriskja l-ħabs għax ippublika storja fl-ogħla istituzzjoni akkademika ta’ pajjiżna. Ma nistgħux nibqgħu passivi meta għad għandna produzzjonijiet teatrali li jiġu ċċensurati mill-pubbliku adult. Hemm bżonn li bħala Partit fil-Gvern nagħtu iżjed kas tal-problema nazzjonali tal-ilma, u niżviluppaw opportunitajiet ta’ riċerka li jagħmlu l-Universita’ aktar sostenibbli. Fuq kollox, hemm bżonn li nerġgħu niskopru l-proċess ta’ djalogu u konsultazzjoni pubblika, kunċett li kien dal-Partit stess li daħħal f’pajjiżna, iżda li f’ċerti deċiżjonijiet ingħata l-ġenb. Irridu nkunu Partit aktar miftuħ għal ideat ta’ nies ta’ rieda tajba…Partit qrib tan-nies, Partit li jisma’.

Dan huwa mportanti mhux biss għal Partit, imma iżjed u iżjed għal ġid ta’ pajjiżna. Importanti għal pajjiżna, għax l-alternattiva l-oħra, il-Partit li qed jipprova jpinġi lilu nnifsu bħala 'progressiv', jekk tneħħilu l-maskla huwa fil-verita’ alternattiva medjokri. Huwa Partit li l-unika ħaġa ‘progressiva’ li wiegħed s’issa kienet il-'private members bill' fuq id-divorzju. Huwa partit li l-unika ħaġa minn għalih 'progressiva' li wettaq, kienet li ħoloq sezzjoni fi ħdanu għal persuni omosesswwali. Aħna f'dal-partit ma nissegregawx lil min hu differenti...f’dal-partit persuni omosesswali qegħdin hawn magħna f'dal-kunsill ġenerali, qegħdin magħna fil-kunsilli lokali, u qegħdin magħna fil-parlament, u huma stmati daqs kull persuna oħra. Huwa partit li biex ikun populista anke jwiegħed li fejn jidhirlu jmur kontra d-decizjonijiet tal-Qrati. Huwa partit li l-unika policy ekonomika li ppropona kienet is-shift tat-tassazzjoni minn fuq il-produzzjoni għal fuq min ihammeg. Probabli qas induna li din il-policy kienet qed titwettaq mill-gvern sa mil-leġislatura l-oħra, imma fl-istess ħin, dal-Partit tal-‘progressivi’ ried li jerġgħu jiġu ssussidjati l-applikazzjonijiet tal-kostruzzjoni, ried li titnaqqas it-taxxa fuq il-fuel, u jwiegħed li jerġgħu jiġu ssussidjati l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Nixtiequ jgħidilna jien, jekk la l-kostruzzjoni, la l-fuel, u lanqas il-power stations ma huma jħammġu, x'inhu jħammeġ mela? Fejn ser iżid din it-taxxa fuq min iħammeġ? Imma kulmeta xi ħadd azzarda jistaqsieh, wieġeb kif dejjem wieġeb s'issa fuq kull issue li staqsewh fuqha: “Ngħidulkom wara l-elezzjoni”. Grazzi ħafna ħabib...imma bil-futur ta’ pajjiżna aħna ma nilagħbux imħatri, b’pajjiżna aħna ma nagħmlux qabżiet fid-dlam.

Minn dal-Partit in-nies draw jistennew ħafna, għax dal-Partit tahom lura ħafna. Meta n-nies tawh kolonja, dal-Partit tahom lura Stat. Meta n-nies tawh pajjiż imkisser mingħajr rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u b’demokrazija mhedda, dal-Partit tahom lura pajjiż modern, ġust, u liberu. Ejja nibqgħu dak il-partit li joffri l-aħjar soluzzjonijiet, partit li jiddjaloga, partit tassew nazzjonalista, għax jagħraf jilħaq l-aspirazzjonijiet tan-nazzjon kollu, u jkompli joffri l-ispazju biex min irid jikber, isib l-opportunitajiet kollha miftuħa quddiemu.


Comments

  1. Hello Mark,

    Ghogobni mmens il-mod kif tkellimt fl-ewwel u fl-ahhar parti ta' dan id-diskors.
    Nammetti li jiddispjacini li anki inti tispicca tattakka l-partit avversarju bis-soltu mod li kull min imiss mal-partiti jeccella fih, specjalment meta dan ikun f'ambjent fejn kulhadd ikun partiggjan u jaqbel ma dak li qed tghid.

    Jiddispjaci li l-PN qed tattakkaw lil JM minhabba li qal li jghid dak li jrid jghid wara l-elezzjoni meta tafu li jekk jghid xi haga llum, facli dak li jghid tuzawh bhala arma kontrih fi zmien sentejn bl-interpretazzjoni partiggjana li kull partit jeccella fiha. Apparti hekk, Lawrence Gonzi stess qal xi haga hekk ftit jiem ilu (insejt fejn ghax kieku nikkwotalek)

    Minn naha l-ohra, iva, tassew prosit ghal mod dirett kif tkellimt u waddabt challenge fuq il-partit, specjalment dwar ic-censura. Hadt gost nisimghek tghid li hemm bzonn "nisimghu" iktar.

    Nittama li l-partit li minn pajjiz liberu tani partit skjav shih tal-UE, jgharaf ukoll dawn l-aspirazzjonijiet.

    ReplyDelete
  2. Grazzi tal-kummenti tieghek Pawl, napprezza.

    Attakkajt lil PL u lil JM fuq il-kontradizzjonijiet fil-mod kif qed jitkellmu issa. Jishqu fuq il-'polluters pay' principle, u mbaghad fil-prattika jitkellmu kontra dawn it-tip ta' mizuri. U hemm hafna kontradizzjonijiet ohra li ma stajtx insemmi ghax kont marbut bil-hin: per ezempju l-'living wage' li qed iwieghed lil haddiema, imma lil employers jghidilhom li tkun volontarja.

    Jiddispjacini li ghadek thares lejn l-UE bil-vizjoni ta' Sant...ma nahsibx li hija ffurmata minn 27 skjav. Nemmen li ghad fiha hafna burokrazija, u hela ta' finanzi fit-tmexxija taghha, pero nahseb li meta tqis kollox offriet lil pajjizna u lilna hafna opportunitajiet li qatt ma kellna qabel.

    ReplyDelete
  3. Diskors tajjeb ghall-udjenza li kien indirizzat.

    Rigward l-EU sfortunatament Malta ghad ghadna wisq impressjonijiet li hija genna jew infern meta fil-verita' hija triq tan-nofs. Ftit huma dawk in-nies li kienu kapaci jitkellmu fuqa b'mod oggettiv ghax kulhadd jibza li jigi ttimbrat bhala kontra jew favur. L-aghar haga li grat f'dal pajjiz hija li spiccajna li kull min jikkritika lil EU qed jigi ttimbrat li jrid li Malta tohrog mill-EU

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is