Skip to main content

Posts

Flimkien għal Pajjiżna

Din il-ġimgħa tnediet uffiċċjalment il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsilli Lokali ta’ Mejju 2019. Elezzjonijiet li għalihom il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta għaxar kandidati għall-Parlament Ewropew, u 295 kandidat għall-Kunsilli Lokali. 28% ta’ dawn il-kandidati huma nisa, waqt li 23% huma żgħażagħ taħt il-35 sena. Wieħed tajjeb isemmi wkoll li 155 minnhom qatt ma servew fil-Kunsilli Lokali.


Dawn huma elezzjonijiet importanti. Huma elezzjonijiet li għalkemm ma jibdlux il-Gvern tal-pajjiż, jistgħu jwasslu biex il-Gvern ibiddel id-direzzjoni. U għandna għalxiex inbiddlu d-direzzjoni.
Pajjiżna qed jaqla’ daqqa wara l-oħra li tnawwarlu r-reputazzjoni tiegħu. Rapporti mill-Moneyval, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Venezja, mit-Transparency International, mir-Reporters Without Borders, minn istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti, kollha jsemmu l-ħsara li qed issir lil Malta mill-korruzzjoni u l-kultura tal-impunità, kultura li …
Recent posts

Ġurnalisti bla fruntieri

Ir-Rapport GRECO

F’dawn l-aħħar jiem smajna ħafna dwar ir-rapport tal-GRECO. Imma x’inhu dan il-GRECO?
Il-GRECO huwa wieħed mill-ħafna Kumitati li jħaddem il-Kunsill tal-Ewropa, li huwa l-Kunsill ta’ pajjiżi Ewropej, mhux neċessarjament membri tal-Unjoni Ewropea, li flimkien jinfurzaw il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem permezz tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu. Dawn il-Kunsill għandu diversi Kumitati li jissorveljaw it-tħaddim tad-demokrazija u tas-saltna tad-dritt f’pajjiżi Ewropej, fosthom il-GRECO, li huwa l-Grupp ta’ Stati Kontra l-Korruzzjoni.
Malta saret membru tal-GRECO għoxrin sena ilu. F’dawn is-snin saru erba’ rapport dwar Malta. Dejjem sabet xi kummenti x’tagħmel fuq kif il-pajjiż jista’ jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tiegħu biex jiġġieled aħjar il-korruzzjoni. Imma qatt ma bagħtet rapport b’numru daqstant kbir ta’ rakkomandazzjonijiet u kummenti negattivi dwar Malta.
U dan importanti nifhmuh. Għax il-Gvern kemm-il darba jipprova jiddefendi ruħu billi jgħid …