Skip to main content

Partit Li Qed Juri t-Triq

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 9 ta' Mejju 2021





M’hemmx għalfejn nistennew titħabbar l-elezzjoni biex insiru nafu liema triq ta’ ġid ser jaqbad Gvern Nazzjonalista. Mill-bidu tal-ħidma tiegħu ftit xhur ilu l-Kap il-ġdid tal-PN Bernard Grech insista li l-partit għandu juri lill-poplu proposti konkreti fl-oqsma kollha tal-ħajja hekk kif dawn ikunu finalizzati. Din il-ġimgħa tnieda proġett li minnu kien inkarigat Claudio Grech, biex jixpruna l-ħidma li hemm bżonn u permezz ta’ timijiet differenti – 14-il Cluster – janalizzaw l-oqsma differenti u jfasslu proposti konkreti li fuqhom ser ikun ibbażat il-programm elettorali li jmiss.

Diġa’ bdejna naraw riżultati. Taħt it-tmexxija ta’ Ryan Callus ġew formulati u pubblikati proposti dwar il-qasam tal-enerġija. Taħt dik ta’ Robert Arrigo rajna pjan effettiv għat-turiżmu. Din il-ġimgħa il-Kap Bernard Grech u Claudio Grech urewna l-istampa wiesa’ tal-viżjoni u l-programm li qed jinbena bid-dokument “ Gvern Alternattiv b’Viżjoni – BIL-ĠID KOMUNI FIĊ-ĊENTRU.” U fil-ġimgħat li ġejjin ser inkomplu insiru nafu proposti fl-oqsma l-oħra tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali, politiku u kulturali.

Prosit Bernard. Prosit Claudio. Prosit kulmin hu involut. Jien ukoll inħares ‘il quddiem biex fit-team li qed imexxi Claudio Grech naħdum fuq il-Viżjoni Soċjo-Ekonomika 2030, kif irridu naraw lil pajjiżna daqs għaxar snin oħra.


PROGRAMM TASSEW INTERESSANTI

Id-dokument juri bidla qawwija u interessanti ta’ kif Gvern Nazzjonalista immexxi minn Bernard Grech ser ifassal u jwettaq it-tmexxija tal-pajjiż.

Mhux aktar “soċjetà” u “ekonomija” f’tug-of-war ma’ xulxin. Minflok ilkoll flimkien naħdmu biex “ikollna ekonomija li taħdem għan-nies, fl-interess tan-nies u li ssawwar soċjetà li jimpurtaha.” 

Mhux aktar soċjetà fejn xejn mhu xejn, u kollox jgħaddi. Minflok ser naħdmu flimkien biex ikollna soċjetà “fejn veament nerġgħu nibdew insejħu lil xulxin aħwa Maltin. Ser nibnu fuq il-valuri tal-ġustizzja soċjali, solidarjetà, l-ekwità, id-diversità u l-valur imprezzabbli tal-ħajja.” Fi kliem ieħor, Valuri umani f’soċjetà moderna.

Mhux aktar gvern moħħu biss fil-poter tiegħu nniffsu, romblu minn fuq kulħadd, bi ksur sfaċċat ta’ liġijiet u regoli u b’impunità għal min jagħmel il-ħażin. Minflok ser insewwu l-ħsara enormi li saret lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna permezz ta’ tmexxija nadifa u serja, niġġieldu u nkunu viġilanti kontra l-abbużi u l-korruzzjoni. Irridu li l-gvern ikun tan-nies u għan-nies, u mhux bil-maqlub nies qiegħdin hemm biex iservu n-nies fil-poter.

Idħlu u aqraw id-dokument f’din il-ħolqa: https://bit.ly/GvernAlternattiv


IL-ĠURNALIŻMU ĦIELES HUWA L-OSSIĠNU TAD-DEMOKRAZIJA

L-aħbarijiet dwar dak li qed jiġri bil-COVID fl-Indja kienu mimlijin bi stejjer ta’ nies imutu għax ma sabux ossiġnu.

Hekk jiġrilha d-demokrazija mingħajr l-ossiġnu ta’ ġurnaliżmu ħieles, indipendenti u investigattiv. Mijiet ta’ ġurnalisti mietu fil-qadi ta’ dmirijiethom jew soffrew il-martirju għall-impenn u l-kuraġġ li ma jittradixxux il-valur tas-sewwa u l-verità. 

F’pajjiżna il-ġurnalisti veri sikwit huma attakkati, imfixkla, soġġetti għal kampanji ta’ mibgħeda u stmerrija, imfixxkla fil-ħidma tagħhom, f’riskju anke għal ħajjithom. F’din l-atmosfera taħt il-Gvern Laburista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata bl-aktar mod makabru u selvaġġ.

Il-Ħadd li għadda fakkarna il-Jum Dinji tal-Ġurnalisti. Ejja nqumu mir-raqda. Ejja  nifhmu li anke fid-dinja demokratika hemm forzi tad-dlam li qed il-ħin kollu jnaqqru mid-drittijiet fondamentali tal-libertà tal-espressjoni, id-dritt li l-poplu jkun jaf il-verità, id-dritt tal-poplu li jara li l-Gvern jagħti rendikont ta’ kull ħaġa li jagħmel u jonfoq u theddid ieħor bħal dan. 

Mhux paroli. Imma viġilanza kontinwa u kuraġġ u sagrifiċċji biex nirreżistu lil min irid joħdilna l-milja tad-drittijiet tagħna ta’ poplu liberu, ħieles u demokratiku.


NERSQU LEJN IN-NORMALITÀ

Jidher li bil-mod il-mod qed negħlbu l-eqqel tal-pandemija COVID. Kemm hi ħaġa sabiħa li nersqu lejn in-normalità – tfal, studenti u għalliema fil-klassi; anqas pressjoni fuq l-isptarijiet u l-professjonijiet mediċi u nurses; ħwienet u ristoranti miftuħa; knejjes miftuħin; aktar ħruġ u aktar kuntatt soċjali.

Importanti nifhmu li saħħitna u saħħet il-familji tagħna hi f’idejna. Ma jfissirx li għaliex ir-restrizzjonijiet qed jiġu rilassati allura kulħadd jintelaq u nwarrbu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Niftakru li l-virus qed ifaqqas varjanti differenti. Niftakru li l-vaċċin ser jgħin imma mhux il-miraklu kontra kollox. Għadna il-bogħod milli ngħidu li rbaħnilu lil COVID.

Ingawdu l-ħajja b’responsabbilità u noqgħodu attenti.


VIVA L-OMMIJIET. GRAZZI MA.

Illum Jum l-Omm. Ma tistax issir bniedem mingħajr omm. Iva bis-sehem tal-missier. Imma r-rabta mal-omm hi l-ewwel rabta tal-bniedem ma’ bniedem ieħor. 

X’ħasra li hawn tant ulied li ma japprezzawx l-għożża u l-istima li jistħoqqilha l-omm. X’ħasra li ħafna ommijiet isibu ruhom fl-isfortuna jew fl-iżvantaġġ soċjali u ekonomiku li ma jirrealizzawx is-sbuħija u s-sodisfazzjon li persuna tkun omm.

Il-ġurnata tal-lum m’għandhiex tkun speċjali. Għandha biss tkun tifkira qawwija biex kull ġurnata nagħmluha speċjali għal kull omm. Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura u nirrangrazzja b’mod partikolari lil aktar żewġ ommijiet importanti f’ħajti: ‘l ommi u ‘l-mara tiegħi.


GRAZZI JOE DIMECH

Għal Għawdex il-Perit Joe Dimech kien ikona għal kulħadd, speċjalment għan-Nazzjonalisti. Huwa magħruf bħala bniedem onest, integru, prudenti, tal-familja, nisrani, b’kuxjenza ċivili attiva. Għal snin twal kien spalla mill-aqwa tal-PN, President tal-Kumitat Distrettwali, Sindku tar-Rabat, Perit mill-aktar imfittex.

L-eżempji tal-ħajja ta’ Joe Dimech huma tagħlimiet importanti għal kull min jidħol fil-politika. Grazzi Perit.

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...