Skip to main content

Nieħdu Miżuri Pożittivi u Kuraġġużi

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 6 ta' Ġunju 2021 





Irridu Stat  ta’ kulħadd? Irridu Stat ġenwin, nadif, serju? Irridu Stat inklussiv, fejn ħadd ma hu ‘il fuq mil-liġi? Irridu Malta rispettata, fdata, fejn ilkoll inħossuna fid-dar komuni tagħna? Jekk ir-risposta hi IVA, allura jeħtieġ nifthiemu fuq pakkett ta’ miżuri pożittivi u kuraġġużi.

Issa ilni numru ta’ snin attiv bħala ċittadin, sew fis-soċjetà ċivili, fil-politika kif ukoll fil-komunità fejn ngħix. Qattajt żgħożiti fil-volontarja u attiv fi gruppi varji fil-parroċċa u fil-lokalità. Diġa ikkontestajt żewġ elezzjonijiet mal-Partit Nazzjonalista, u ilni ħmistax-il sena Kunsillier Lokali fil-Gudja. Għal xi żmien servejt bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit. Dawn kienu snin fejn rajt mill-qrib xi jfisser l-impenn politiku.

Mhux veru li ż-żgħażagħ mhumiex interessati fil-politika. Iż-żgħażagħ iridu politika nadifa, ġusta, aperta għall-ideat ġodda, politika li tħaddan lil kulħadd, hu x’inhu t-twemmin jew l-inklinazzjonijiet personali. Iż-żgħażagħ iridu azzjoni biex ikollhom preżent u futur aħjar. U dan iriduh ILLUM. Sew fejn jidħol l-ambjent, sew fejn tidħol l-edukazzjoni, sew fejn jidħlu l-opportunitajiet ta’ xogħol, u divertiment san.

Fil-fehma tiegħi għandna niddeċiedu dwar riforma radikali fejn jidħlu l-partiti politiċi. Jien nemmen li din trid tibda billi neħilsuhom mill-qarnita tal-flus tal-ispekulaturi. Minkejja l-liġi li suppost tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi, x’ħin niġu għall-fatti inisbu li hemm miljun toqba kif min irid jinxtara bil-flus jinxtara għas-skapitu tal-interessi nazzjonali, tal-poplu.

Wasal iż-żmien li tinstab soluzzjoni kif il-partiti jiġu appoġġjati b’finanzjament pubbliku b’mod li ma jkollhomx bżonn jittalbu l-pakketti tal-flus mingħand min jiflaħ. L-istorja li kellna, sa mill-elezzjoni tal-2013, tar-raba’ sular fil-Kwartieri tal-Partit Laburista hija biss xaqq ċkejken ta’ dawl – kif jgħidu the tip of the iceberg – ta’ pattijiet u wegħdi li nafu kif issarfu. 

Minn dak in-nhar ‘il hawn kellna stejjer ta’ skandli u korruzzjoni bla preċedenti b’mijiet ta’ miljuni involuti. In-nies issaqsi x’sehem għadda għand il-partit u l-politiċi tal-Gvern Laburista? In-nies issaqsi, per eżempju, kif tispjega d-direct order li swiet qrib €330 miljun tal-bini ta’ estensjoni għall-anzjani f’San Vinċenz? Hemm katina twila ta’ skandli u korruzzjoni. Ħadd mhu ta’ subgħajh f’ħalqu.

It-tieni riforma li jeħtieġ issir jekk irridu nibdew triq ġdida lejn is-serjetà hi li noftmu l-partiti mix-xandir xempju ta’ propoganda li tixraq biss f’pajjiżi bla tħaddim ġenwin tad-demokrazija.

Hemm riformi oħra importanti li huma urġentement meħtieġa jekk irridu nnaddfu l-istalel maħmuġin tal-politika. Uħud minnhom insemmuhom fid-dokument approvat mill-Kunsill Ġenerali tal-PN f’Diċembru 2019 bl-isem “Riforma u Tiġdid - Governanza Tajba għal Demokrazija b’Saħħitha”.

Ma nistgħux nibqgħu nitkellmu fuq valuri u ideali. Mill-kliem ngħaddu għall-fatti u għall-azzjoni. Dmirna hu nibnu konsensus nazzjonali favur ideat bħal dawn. Inkella ma jfissru xejn il-konferenza li, b’intenzjonijiet tajba, qed isiru għand il-President ta’ Malta.


ĦAQQNA NKUNU FUQ IL-LISTA L-ĦADRA 

Ma nifhimx għaliex l-awtoritajiet fir-Renju Unit qed ikaxkru saqajjhom biex ipoġġu lil Malta fuq il-Lista l-Ħadra tal-ivvjaġġar ħalli l-Ingliżi ma jkollhom l-ebda diffikultà li jiġu Malta bħala turisti jew għal xogħol u negozju. Bħalissa Ingliżi li jiġu Malta jaf ikollhom joqgħodu kwarantina meta jirritornaw.

Fil-fehma tiegħi is-sitwazzjoni dwar il-pandemija u l-miżuri li qed jieħu l-gvern, fosthom il-programm avvanzat ta’ vaċċinazzjoni, għandhom jirrasiguraw lill-awtoritajiet Ingliżi li Malta hija post ‘safe’ fejn l-Ingliżi jistgħu jiġu mal-familja u jqattgħu btala mill-isbaħ. Dan għandna bżonnu biex l-industrija tat-turiżmu li minnha jiddependu eluf ta’ ħaddiema taqbad ir-ritmu li jixirqilha.

Il-pandemija tatna daqqa’ ta’ ħarta li jeħtieġ nirkupraw minnha mill-aktar fis. Fl-ewwel erbgħa xhur ta’ din is-sena kellna tnaqqis fit-turisti ta’ 88% fuq l-istess perjodu tas-sena 2020, u ta’ 98% mqabbel mal-istess perjodu tal-2019.

Nisperaw li f’Lulju inkunu fuq il-Lista l-Ħadra.


KUXJENZA SOĊJALI

Għadu kif ġie pubblikat ir-riżultat tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika magħruf bħala Eurobarometer organizzat f’Marzu/April ta’ din is-sena. Kif mistenni l-pendemija iddominat l-opinjoni tal-Maltin u l-Għawdxin.

B’dana kollu kont tassew sodisfatt bil-mod kif wieġbu l-Maltin dwar kwestjonijiet ta’ importanza fondamentali – 83% jemmnu li s-saħħa għandha tibqa’ priorità meta mqabbla mal-ekonomija; 48% jemmnu fil-ħidma konkreta kontra t-tibdil fil-klima; filwaqt li 31% appellaw għal aktar miżuri kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u aktar attenzjoni fejn tidħol il-migrazzjoni.

Din hi xhieda importanti tal-kuxjenza soċjali tal-poplu tagħna. Irridu nibnu aħjar fuq dan is-sentiment. Ir-riżultat wera li 65% huma mħassbin dwar il-ġejjieni, filwaqt li 38% esprimew sens ta’ tama fil-futur. Konferma ta’ kemm fadal x’isir biex il-poplu tagħna jkun f’saħħtu u ferħan.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is