Skip to main content

Tal-Labour tilfu l-enerġija

 

Wara tmien snin jiġġieldu gwerra ta’ propoganda qarrieqa. Wara tmien snin ta’ carpet bombing li r-roadmap tal-power station tal-Electrogas hija l-manna mis-sema; li għandhom viżjoni pożittiva; li bis-saħħa tagħha jitraħħsu l-kontijiet tad-dawl; li dan fl-aqwa interess tal-poplu; li kollox sar skont is-sewwa. Wara tmien snin il-Labour ammettew li d-deċiżjoni kienet ħażina u li kienu jafu minn qabel li ħażina. Għal dan kollu, iżda, qed iħallas il-poplu, int u jien. Waqt li huma jippuppaw u jimpalaw.

Tal-Labour, permezz tal-Ministru responsabbli, fost ħafna propoganda, qalulna li issa ser jordna IT-TIENI INTERCONNECTOR għall-enerġija. Dan hu t-tieni interconnector li l-Gvern Nazzjonalista ta’ Gonzi ddeċieda dwaru xi ħmistax il-sena ilu; li l-pjan għalih kien ġie miftiehem mal-Gvern Taljan u mal-Unjoni Ewropea dak iż-żmien; li l-infrastruttura għalih f’Malta kienet saret bil-lest mill-Gvern Nazzjonalista; li l-infrastruttura għalih fi Sqallija hija miftehma u ħafna minn f’postha bis-saħħa ta’ Gvern Nazzjonalista; li llum nafu li bl-EWWEL INTERCONNECTOR nistgħu nieħdu dawl ħafna orħos mill-power station tal-Electrogas tal-Labour; u li kieku ma kienx hemm interessi u prioritajiet oħra t-TIENI INTERCONNECTOR kien maħsub jitpoġġa f’postu u jibda jaħdem fl-amministrazzjoni eletta fl-2013.

Minflok tal-Labour abbandunaw dan kollu biex imbarkaw fuq il-famuża Electrogas li biex iħaddmuha kellhom ipoġġu mostru ta’ tank tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk. 

L-iskandli wara din il-power station illum nafuhom. Kixfithom Daphne Caruana Galizia. Qatluha brutalment talli kixfithom. Inkixfu li r-roadmap ma kienet xejn ħlief pjan ta’ korruzzjoni li bħalha qatt ma rajna. Korruzzjoni mill-kbir saż-żgħir, ta’ miljuni fuq miljuni. Maħsuba li jiġu moħbija f’kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Għamlu tmien snin jigdbu. Jonfqu l-eluf minn flus il-poplu fi propoganda biex jippruvaw ibellgħuhielna kemm huma ġenwini, nodfa, bravi, qalbhom taħraqhom għall-ġid tal-poplu. Tmien snin iżebilħu lil kull min tkellem il-verità; jgħidulu “negattiv”, “għajjur”. Fuq deċiżjoni li tal-Labour kienu jafu min qabel li hi ħażina, u apposta, b’qerq, għax b’hekk kienu ser jimpalaw il-miljuni, xorta wettqu il-pjan tad-deċiżjoni il-ħażina. Biex issa tal-Labour qalulna li dik kienet deċiżjoni ħażina u ser immorru għat-tieni interconnector, id-deċiżjoni t-tajba u nadifa tal-Gvern Nazzjonalista. Bil-konsegwenza li xorta, għal ħafna snin xorta ser nibqgħu nixtru l-enerġija mill-power station tal-korruzzjoni bi prezzijiet aktar għolja minħabba d-deċiżjoni ħażina u korrotta tal-Labour.

Tal-Labour, fis-snin qabel l-2013, għamlu pjan biex jaħdmu lill-poplu – “Roadmap”. Kienu jafu li hemm id-deċiżjoni t-tajba tal-Gvern Nazzjonalista tat-Tieni Inteconnector. Kienu jafu li bil-pjanijiet li l-BWSC power station kien maħsub li tinqaleb għall-gass. Kienu jafu li d-deċiżjoni tal-Electrogas hi ħażina u l-intenzjonijiet kienu ħżiena u oxxenament korrotti. Imma il-pjan kien li jaħdmuna. Ilhom tmien snin jaħdmuna. €50 miljun minnhom illum nafu minn fejn ħaduhom: mit-tibdil li għamlu fis-sistema tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Li tkellimna aħna fuqha tliet snin ilu u li issa ikkonfermaha l-Awditur Ġenerali. Ħa nibqgħu boloh ja poplu u nħallu lil min jaħdimna hekk?

Tmien snin damu jiġġieldu l-verità. Imma ż-żejt jitla f’wiċċ l-ilma. Is-sewwa jirbaħ. Il-maskra issa waqgħet u lil tal-Labour qed narawhom fis-sura vera tagħhom.


IR-ROAD MAP TAL-LABOUR TKOMPLI

Propju nhar is-Sette Giugno, qrajna f’The Times, li tal-Labour ser jissussidjaw lill-ispekulaturi, negozjanti u żviluppaturi ta’ artijiet u bini f’Malta biex jgħinuhom ibiegħu lill-barranin. Ser jagħtuhom sa 50% tal-ispejjeż li jagħmlu waqt fieri barra minn Malta fejn imorru bħala sensara ta’ bejgħ ta’ artijiet u bini lill-barranin.

Għal dan l-iskop tal-Labour waqqfu aġenzija – Property Malta Foundation – flimkien mal-Malta Development Association. Ir-rappot jgħid li l-għajnuna hija: “... open to a number of professionals, including consultants, estate agents and property negotiators and may be used to recoup some of the costs on travel, accommodation and fees related to participating in the fairs.” 

Is-Segretarju Parlamentari tal-Labour Chris Agius qalilna li waqt il-pandemija id-domanda għall-propjetà f’Malta baqgħet f’saħħitha u n-numru ta’ konvenji żdied bħala konferma li s-settur huwa mutur ewlieni tal-ekonomija. Allura jekk dan is-settur privat sejjer tajjeb għalfejn toħroġ flus mit-taxxi li jħallas il-poplu biex tissussidjah?

Imma fis-Sette Giugno il-Ministru tal-Labour hu rapportat hekk: “We want to encourage the industry to promote our country overseas because we have a lot of value to offer.” Waqt li ż-żgħażagħ tagħna isiru skjavi tal-banek biex forsi jixtru xi appartament u jaħdmu b’ilsienhom barra; waqt li uliedna bilkemm għadhom jaffordjaw jixtru u qed jispiċċaw jaħdmu b’ilsienhom barra biex forsi jlaħħqu mal-kera, aħna nissussidjaw mit-taxxi tagħna l-bejgħ tal-propjetà lill-barranin. Din Malta Tagħna Lkoll? Dan l-aqwa żmien?


LAQTET IL-MUSMAR FUQ RASU

Marisa Xuereb hija il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija – jiltaqgħu hawnhekk is-settur privat tal-kummerċ, l-imprendituri, l-industrijalisti li huma kolonna mill-aktar importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. 

Maris Xuereb tkellmet fil-konferenza ta’ ġimgħa ilu L-ISTAT TAN-NAZZJON, organizzata fil-Palazz Verdala tal-President. Il-kumment qasir tagħha huwa wieħed mill-aħjar kummenti li smajt tul snin – kumment ta’ kwalità u mimli sens.

Qaltilna li f’dan il-pajjiż aċċettajna żewġ affarijiet foloz: 1) li biex l-ekonomija tikber irridu niddependu fuq il-kostruzzjoni; 2) li l-kostruzzjoni hemm bżonn li tagħmel ħsara u tkerrah l-ambjent. Marisa Xuereb sostniet li dan hu minħabba li NIRRIFJUTAW LI NIPPJANAW FIT-TUL. Fil-fatt kif qalet tajjeb “M’għandnix pjanar, għandna biss permitting.” Id-deċiżjonijiet ma jkunux fl-interess tal-poplu.

Ħarsu lejn l-oxxenità mostru ta’ deċiżjoni tal-Labour bi Planning Authority pupazz tal-proġett f’San Ġiljan fuq l-art tal-ITS. Min gawda minna? Min għamel il-flus? Il-poplu jew ftit nies?


GRAZZI EDWARD de BONO

Din il-ġimgħa ħallietna figura, ġgant Malti tal-era kontemporanja – il-ħassieb oriġinali ta’ fama internazzjonali Edward de Bono. Ħoloq it-terminu Lateral Thinking u l-kunċett tas-Six Thinking Hats. Edward de Bono studja u rriċerka kif jiżviluppa l-ħsieb u għallem li hemm mod kif insibu soluzzjonijiet ġodda b’mod kreattiv. Hemm ħafna x’niskopru fit-tagħlim tiegħu. Mhux biss il-poplu Malti imma d-dinja kollha grata lejh. 



 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 13 ta' Ġunju 2021





Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is