Skip to main content

Min hu l-ottimist?


Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 26 ta' Marzu 2015






Matul dawn is-sentejn ta' tmexxija Laburista, spiss smajna l-propoganda ta' dan il-Partit u tal-Gvern tiftaħar kemm il-Gvern hu ottimist u pożittiv. Issa fil-kampanja tal-Kunsilli Lokali morna pass oltre' u qed nisimgħu kemm Malta hi ottimista. B'kuntrast ma' dan, jgħidulna, l-Oppożizzjoni hi negattiva. U allura, għal xi raġuni li jafu huma biss, għandek tagħżel lil min u pożittiv u ottimist biex tkun pożittiv u ottimist int ukoll.

F'artiklu li deher fil-World Affairs Journal ta' dan ix-xahar, il-kummentatur politiku Amerikan Walter Laquer jitkellem fuq il-perikli ta' ottimiżmu falz fil-politika, u l-importanza li wieħed jitkellem u jiddiskuti fuq ir-realta'. Li fil-politika trid tkun realist mhux ottimist. Jgħid: "The danger is of course that overly optimistic assumptions will lead to disastrous miscalculations, in our private life as well as in politics...One of the dangers of false optimism is that it easily turns into dejection once the illusions have faded." (Bil-Malti: "Il-periklu hu li ħafna assunzjonijiet ottimisti iwasslu għal pjanar diżastruż, kemm fil-ħajja privata tagħna u kemm fil-politika...Wieħed mill-perikli tal-ottimiżmu falz hu li faÄ‹ilment jinbidel f'diżappunt kbir meta l-illużjoni tispiÄ‹Ä‹a.")

U s'issa naħseb li dal-Gvern b'hekk biss qed jirnexxielu jżomm il-mewÄ¡a ta' populiżmu favurieh. Bl-illużjoni tal-ottimiżmu, jew aħjar b'ottimiżmu falz. JiÄ¡ri x'jiÄ¡ri, joħroÄ¡ x'joħroÄ¡, Joseph Muscat jgħid li dak mhu xejn, jew li kien sempliÄ‹iment żball għax għadu qed jitgħallem. Wara ħames snin MEP u sentejn Prim Ministru, għadu qed jitgħallem kif għandhom isiru l-affarijiet. Jekk jara li xi tbażwira tiegħu jista' jfarfarha fuq xi ħadd ieħor, hekk jagħmel. Jekk jara li aħjar idawwar l-attenzjoni tal-media fuq xi ħaÄ¡a oħra, jiftaħ il-kexxun immarkat "proÄ¡etti fl-ajru", u joħloq illużjoni ta' xi proÄ¡ett li għadu pendenti, bħal xi pont għal Għawdex, jew xi monorail, jew xi investiment fis-saħħa li għadu ma jeżistix u mhu investiment xejn. Jekk jara li ħareÄ¡ xi skandlu fuqu imbagħad, jiftaħ il-kexxun l-ieħor immarkat "skandli ta' qabli" u jfaqqgħu fuq il-media, biex jgħidilna "ara x'għamel l-ieħor ħi". Bħat-tfal tal-iskola li meta jinqabdu jagħmlu xi ħaÄ¡a u l-Ä¡enituri jew l-għalliema jgħajjtu magħhom, pront jgħidulek "mhux jien mama, l-ieħor kien!" Hekk irriduÄ‹a l-politika Joseph Muscat.

Imma jridna nkunu ottimisti. Iridna nkunu pożittivi. Iridna nitbissmu meta jeħdilna 4.2 miljun ewro mill-kontijiet u t-taxxi li nħallsu aħna biex iħallas il-kontijiet u t-taxxi pendenti ta' sieħbu. Iridna nitbissmu meta jaħli €14-il miljun ewro mit-taxxi li nħallsu aħna għax għal xi raÄ¡uni li għadna ma nafux jagħti ordni biex iż-żejt u l-fuel jinxtara bil-għoli mill-Azerbaijan, l-iktar pajjiż meqjus korrott fid-dinja, wara żjara li għamel fil-magħluq u mingħajr il-korp diplomatiku tas-soltu, bir-riżultat li bqajna nħallsu prezzijiet għolja għal petrol u d-diesel. Iridna nitbissmu meta n-nies li nafu, Nazzjonalisti u anke Laburisti Ä¡enwini, jingħataw transfer mingħajr ma jkunu għamlu xejn ħażin, għax sempliÄ‹iment mhumiex tal-qalba. Iridna nitbissmu meta naraw lill-Ministru Helena Dalli tagħmel xogħol illegali fuq propjeta' tagħha barra z-zona ta' żvilupp mingħajr ħadd ma jgħid xejn. Iridna nitbissmu meta naraw lill-Ministru Chris Cardona jindaħal fil-proÄ‹ess tal-liÄ‹enzja għal casino, bir-riżultat li ingħażel min kien qed joffri lill-poplu Malta miljun ewro flok min kien qed joffrilu erba' miljun ewro. Iridna nitbissmu meta d-Deputat Luciano Busuttil jiÄ¡i rrappurtat mill-Qorti li mexa b'kunflitt ta' interess u ta parir lil Kunsill ta' Bormla biex jaqa' tenderer sabiex jieħdu min kien klijent tiegħu. Iridna nitbissmu meta hu jiddefendi lil min inqabad jevadi t-taxxa u jaħbi l-flus l-Iżvizzera, biex minn għalih iÄ¡elled in-"Nazzjonalisti". Iridna nitbissmu meta naraw pajjiż ma jagħmilx proÄ¡ett wieħed Ä¡did li jrendi fit-tul, ħlief tkomplija ta' proÄ¡etti li kienu inbdew mill-Gvern Nazzjonalista qabel. Iridna nitbissmu meta naraw li l-istatistika turi li l-unika tnaqqis fil-qagħad Ä¡ej għax qed idaħħal xaba' nies mal-Gvern għas-spejjeż tagħna. Iridna nitbissmu meta l-istatistika turi li Malta kien wieħed mill-pajjiżi li kellu l-ikbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali, fl-esportazzjoni u fl-importazzjoni fl-Ewropa. Iridna nitbissmu anke' meta l-anzjani tagħna jmutu fil-kurituri tal-isptar mingħajr dinjita'. Iridna nitbissmu meta nies imutu għax xi għaref minn "tagħna lkoll" jipparkja fuq il-helipad tal-isptar, għax la aħna fil-Gvern kullimkien tagħna.

Issa ħabib tiegħi, tista’ jew tibqa’ tgħix fl-illużjoni tal-ottimiżmu falz u temmen li kollox sejjer tajjeb. Jew tista’ tgħix fir-realta’, tkun ottimist ta’ veru, u temmen li l-affarijiet jistgħu isiru ħafna aħjar.

Simon Busuttil hekk jemmen. Li mhux vera l-politika ma tistax tkun onesta. Li mhux vera l-politika trid tkun maħmuÄ¡a. Li mhux vera li għax ta’ qabilna għamlu xi żbalji, aħna nistgħu nagħmluhom ukoll.

U allura f'dan il-kuntest, min hu l-vera ottimist? Min jgħidlek li l-politika ma tistax tkun differenti, jew min qed jgħidlek li l-affarijiet jistgħu isiru ħafna aħjar, u li flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza?


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is