Skip to main content

Min hu l-ottimist?


Dan l-artiklu deher fin-Nazzjon tal-Ħamis 26 ta' Marzu 2015






Matul dawn is-sentejn ta' tmexxija Laburista, spiss smajna l-propoganda ta' dan il-Partit u tal-Gvern tiftaħar kemm il-Gvern hu ottimist u pożittiv. Issa fil-kampanja tal-Kunsilli Lokali morna pass oltre' u qed nisimgħu kemm Malta hi ottimista. B'kuntrast ma' dan, jgħidulna, l-Oppożizzjoni hi negattiva. U allura, għal xi raġuni li jafu huma biss, għandek tagħżel lil min u pożittiv u ottimist biex tkun pożittiv u ottimist int ukoll.

F'artiklu li deher fil-World Affairs Journal ta' dan ix-xahar, il-kummentatur politiku Amerikan Walter Laquer jitkellem fuq il-perikli ta' ottimiżmu falz fil-politika, u l-importanza li wieħed jitkellem u jiddiskuti fuq ir-realta'. Li fil-politika trid tkun realist mhux ottimist. Jgħid: "The danger is of course that overly optimistic assumptions will lead to disastrous miscalculations, in our private life as well as in politics...One of the dangers of false optimism is that it easily turns into dejection once the illusions have faded." (Bil-Malti: "Il-periklu hu li ħafna assunzjonijiet ottimisti iwasslu għal pjanar diżastruż, kemm fil-ħajja privata tagħna u kemm fil-politika...Wieħed mill-perikli tal-ottimiżmu falz hu li faċilment jinbidel f'diżappunt kbir meta l-illużjoni tispiċċa.")

U s'issa naħseb li dal-Gvern b'hekk biss qed jirnexxielu jżomm il-mewġa ta' populiżmu favurieh. Bl-illużjoni tal-ottimiżmu, jew aħjar b'ottimiżmu falz. Jiġri x'jiġri, joħroġ x'joħroġ, Joseph Muscat jgħid li dak mhu xejn, jew li kien sempliċiment żball għax għadu qed jitgħallem. Wara ħames snin MEP u sentejn Prim Ministru, għadu qed jitgħallem kif għandhom isiru l-affarijiet. Jekk jara li xi tbażwira tiegħu jista' jfarfarha fuq xi ħadd ieħor, hekk jagħmel. Jekk jara li aħjar idawwar l-attenzjoni tal-media fuq xi ħaġa oħra, jiftaħ il-kexxun immarkat "proġetti fl-ajru", u joħloq illużjoni ta' xi proġett li għadu pendenti, bħal xi pont għal Għawdex, jew xi monorail, jew xi investiment fis-saħħa li għadu ma jeżistix u mhu investiment xejn. Jekk jara li ħareġ xi skandlu fuqu imbagħad, jiftaħ il-kexxun l-ieħor immarkat "skandli ta' qabli" u jfaqqgħu fuq il-media, biex jgħidilna "ara x'għamel l-ieħor ħi". Bħat-tfal tal-iskola li meta jinqabdu jagħmlu xi ħaġa u l-ġenituri jew l-għalliema jgħajjtu magħhom, pront jgħidulek "mhux jien mama, l-ieħor kien!" Hekk irriduċa l-politika Joseph Muscat.

Imma jridna nkunu ottimisti. Iridna nkunu pożittivi. Iridna nitbissmu meta jeħdilna 4.2 miljun ewro mill-kontijiet u t-taxxi li nħallsu aħna biex iħallas il-kontijiet u t-taxxi pendenti ta' sieħbu. Iridna nitbissmu meta jaħli €14-il miljun ewro mit-taxxi li nħallsu aħna għax għal xi raġuni li għadna ma nafux jagħti ordni biex iż-żejt u l-fuel jinxtara bil-għoli mill-Azerbaijan, l-iktar pajjiż meqjus korrott fid-dinja, wara żjara li għamel fil-magħluq u mingħajr il-korp diplomatiku tas-soltu, bir-riżultat li bqajna nħallsu prezzijiet għolja għal petrol u d-diesel. Iridna nitbissmu meta n-nies li nafu, Nazzjonalisti u anke Laburisti ġenwini, jingħataw transfer mingħajr ma jkunu għamlu xejn ħażin, għax sempliċiment mhumiex tal-qalba. Iridna nitbissmu meta naraw lill-Ministru Helena Dalli tagħmel xogħol illegali fuq propjeta' tagħha barra z-zona ta' żvilupp mingħajr ħadd ma jgħid xejn. Iridna nitbissmu meta naraw lill-Ministru Chris Cardona jindaħal fil-proċess tal-liċenzja għal casino, bir-riżultat li ingħażel min kien qed joffri lill-poplu Malta miljun ewro flok min kien qed joffrilu erba' miljun ewro. Iridna nitbissmu meta d-Deputat Luciano Busuttil jiġi rrappurtat mill-Qorti li mexa b'kunflitt ta' interess u ta parir lil Kunsill ta' Bormla biex jaqa' tenderer sabiex jieħdu min kien klijent tiegħu. Iridna nitbissmu meta hu jiddefendi lil min inqabad jevadi t-taxxa u jaħbi l-flus l-Iżvizzera, biex minn għalih iġelled in-"Nazzjonalisti". Iridna nitbissmu meta naraw pajjiż ma jagħmilx proġett wieħed ġdid li jrendi fit-tul, ħlief tkomplija ta' proġetti li kienu inbdew mill-Gvern Nazzjonalista qabel. Iridna nitbissmu meta naraw li l-istatistika turi li l-unika tnaqqis fil-qagħad ġej għax qed idaħħal xaba' nies mal-Gvern għas-spejjeż tagħna. Iridna nitbissmu meta l-istatistika turi li Malta kien wieħed mill-pajjiżi li kellu l-ikbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali, fl-esportazzjoni u fl-importazzjoni fl-Ewropa. Iridna nitbissmu anke' meta l-anzjani tagħna jmutu fil-kurituri tal-isptar mingħajr dinjita'. Iridna nitbissmu meta nies imutu għax xi għaref minn "tagħna lkoll" jipparkja fuq il-helipad tal-isptar, għax la aħna fil-Gvern kullimkien tagħna.

Issa ħabib tiegħi, tista’ jew tibqa’ tgħix fl-illużjoni tal-ottimiżmu falz u temmen li kollox sejjer tajjeb. Jew tista’ tgħix fir-realta’, tkun ottimist ta’ veru, u temmen li l-affarijiet jistgħu isiru ħafna aħjar.

Simon Busuttil hekk jemmen. Li mhux vera l-politika ma tistax tkun onesta. Li mhux vera l-politika trid tkun maħmuġa. Li mhux vera li għax ta’ qabilna għamlu xi żbalji, aħna nistgħu nagħmluhom ukoll.

U allura f'dan il-kuntest, min hu l-vera ottimist? Min jgħidlek li l-politika ma tistax tkun differenti, jew min qed jgħidlek li l-affarijiet jistgħu isiru ħafna aħjar, u li flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza?


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.