Skip to main content

Il-Kunsilli Lokali mhumiex super-favoriti tiegħu



Hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat ftit tal-ġimgħat ilu waqt attività tal-Partit Laburista. Il-Kunsilli Lokali qatt ma kienu super-favoriti tiegħu. U dan jidher bil-fatti. Apparti li fil-bidu tagħhom il-Partit Laburista lanqas biss emmen fihom, il-mod kif ġab ruħu l-Prim Ministru f’dawn is-sitt snin juri li mhux biss ma kienx jemmen fihom fil-passat, imma għadu ma jemminx fihom s’issa.



Matul dawn is-sitt snin, minflok ma l-Kunsilli Lokali ġew mgħoddija iżjed poteri u magħhom iżjed finanzjament, kif dejjem sar fi żmien Gvern Nazzjonalista, raw il-poteri tagħhom jitnaqqru, u l-allokazzjoni tiżdied b’rata li bilkemm baqgħet tlaħħaq ma kemm qed togħla l-ħajja. Il-ħajja mhix togħla biss għall-anzjani, għaż-żgħażagħ u għall-familji, iżda qed togħla wkoll għall-Kunsilli. L-ispejjeż tal-kuntratti obbligatorji, bħat-tindif u ġbir ta’ skart, tant qed jogħlew li mill-allokazzjoni l-Kunsilli bilkemm qed jibqagħlhom finanzi biex iwettqu proġett. Wieħed kultant jibda jissuspetta jekk din hux qed issir b’mod intenzjonat biex imbagħad il-Gvern jgħid li l-Kunsilli mhux jagħmlu xogħolhom u jkompli jeħdilhom iżjed affarijiet minn idejhom, bħalma diġa’ għamel.

Dan hu l-kontra ta’ dak li dejjem emmen il-Partit Nazzjonalista: is-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni tal-poter. Aħna nemmnu li l-Gvern għandu jitlaq iżjed poteri minn idejh u jgħaddihom lill-poplu, u hekk għamilna. Dal-Gvern bil-maqlub, irid kollox fil-kontroll ta’ Kastilja. Mill-problemi tal-lokalitajiet, sal-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Ħalli jekk jista’ jkun kulħadd iqis ruħu ta’ tallab li jitkarrab għand il-Gvern.

U dan ma ngħiduhx aħna, dan jgħiduh anke Sindki Laburisti. “Ġibtuna tallaba”, “biex tinqeda minn xi awtorità trid tkun taf lil xi ħadd”, qallu Sindki Laburisti lil Ministru Owen Bonnici u lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis fil-Parlament waqt il-Laqgħa tas-Sindki.

Saħansitra meta dan il-Gvern nieda r-riforma tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Nazzjonalista ressaq mat-tmenin proposta biex il-Kunsilli Lokali jkunu aktar effettivi u jingħataw aktar poteri. Ħafna minn dawn il-proposti kienu proprju fil-qasam soċjali. Iżda l-Gvern rema dawn il-proposti kollha, għax kif qal Silvio Parnis “ma nieħdux pariri mill-Oppożizzjoni.” Dik l-arroganza li llum telgħet għal rashom.

Issa l-Partit Laburista nieda l-programmi elettorali tiegħu għal-lokalitajiet u fosthom insibu numru ta’ proposti tal-Partit Nazzjonalista li rema ftit tax-xhur ilu. Fosthom l-introduzzjoni tal-community policing, li saħansitra ivvutaw kontrieha fil-Parlament, l-introduzzjoni tad-day centres u night shelters f’kull lokalità, u għajnuna lil persuni li qed isoffru mis-solitudni u mid-dimensja. Il-Gvern issa anke qed jgħid li jrid isaħħaħ il-koperazzjoni mal-Gwardjani Lokali, meta kien hu stess li neħħa l-infurzar minn idejn il-Kunsilli Lokali!

Għal darboħra, toħroġ in-negattività li jaħdem biha dan il-Gvern, li jpinġi lilu nnifsu bħala xi Gvern pożittiv iżda mbagħad huwa l-iktar Gvern li ħoloq firda u prova jkisser lil kulmin kritikah, kull rapport li ħammarlu wiċċu, u anke kull rapport li ressaqlu proposti ġodda.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li permezz tal-kandidati tiegħu jkun vuċi taċ-ċittadini u tal-lokalitajiet tagħhom, quddiem Gvern li m’għadux jimpurtah mill-bżonnijiet ta’ kuljum taċ-ċittadin komuni. Din mihix elezzjoni li ser tbiddel Gvern, iżda hija elezzjoni li fiha nistgħu nibdlu l-attitudni ta’ dan il-Gvern.



Dan l-artiklu deher fil-ġurnal in-Nazzjon tal-Erbgħa 8 ta' Mejju 2019 

Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Inħarsu ‘l Quddiem

G ħaddew aktar minn ġimgħa u nofs minn mindu saret l-elezzjoni tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Ġimgħa u nofs li matulhom Adrian Delia beda jħalli l-marka tiegħu fuq il-Partit. Id-diskors fil- meeting tal-Indipendenza, u l-intervisti li sarulu minn ġurnali Maltin bdew jagħtu ħjiel ta’ x’ser ikunu l-prioritajiet tiegħu. Fost l-oħrajn semma ħafna l-qagħda preokkupanti tan-nies bi qliegħ baxx u l-pensjonanti, li kompliet toħroġ fil-beraħ hekk kif l-istatistika qed turi żieda oħra fl-ammont ta’ nies fir-riskju ta’ faqar. Priorit à oħra hija l-ġlieda għall-ġustizzja, li tinkludi kemm il-ġlieda biex nerġgħu nibnu l-istituzzjonijiet li jidher ċar li kkrollaw (u din il-ġimgħa erġajna rajna xhieda inkwetanti tal-ex-investigatur tal-FIAU Jonathan Ferris, li kixef l-indħil u n-nuqqas ta’ kontrolli u sigurtà li kien hemm f’din l-istituzzjoni daqstant importanti u sensittiva), kif ukoll il-ġlieda kontra l-kriminalità li qiegħda kulma jmur tiżdied. Hawnhekk il-Gvern qed jonqos bil-kbir, ...