Skip to main content

Diskors fil-Protesta quddiem il-Parlament 22/06/2020



“Ħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu”

Hekk ilhom jgħidulna, għal dawn l-aħħar sentejn u nofs li ilna niltaqgħu biex infakkru l-assassinju brutali ta’ ġurnalista, ta’ mara, ta’ omm.

“Ħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu”

Hekk baqgħu jgħidulna tul il-protesti kontinwi li għamilna bejn Novembru u Jannar li għaddew, nitolbu li nsiru nafu l-verita, nippretendu li ssir ġustizzja.

“Ħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu”

Għaddew ix-xhur, u llum nafu sew x’kienu qed jagħmlu l-istituzzjonijiet waqt li Joseph Muscat u Robert Abela kienu qed jgħidulna biex inħalluhom jaħdmu.

Kellna l-Kummissarju tal-Pulizija jinforma lil ħabib tal-qalb ta’ Melvin Theuma bid-dettalji tal-investigazzjoni, u jitolbu jmur isiblu fejn Theuma ħeba r-recordings.

Kellna l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta, imexxi l-investigazzjoni, u jsiefer jara l-football, u jiekol il-kannolli, mas-suspettat li kien qed jinvestiga.

Kellna l-investigaturi jagħtu d-dettalji ta’ kull pass li jagħmlu fl-investigazzjoni lil Keith Schembri u Joseph Muscat, il-ħbieb tal-qalb ta’ Yorgen Fenech.

Kellna l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla tal-Economic Crimes Unit, iġemma’ fil-kxaxen rapport wara rapport ta’ ħasil ta’ flus, ta’ korruzzjoni, u reati kriminali oħra.

Dak li kienu qed jagħmlu l-istituzzjonijiet.

Mhux talli ma kienux qed jaħdmu biex toħroġ il-verita, talli kienu qed jaħdmu biex jgħattuha darba għal dejjem.

Minflok ma jaħdmu, kienu qegħdin jaħdmuna.

Dalgħodu, sab il-ħin jitla’ jixhed Keith Schembri. Il-mobile miskin baqa’ ma sabux. Imma għamlulu sensiela ta’ mistoqsijiet, fosthom fuq 17 Black. Niftakru, din 17 Black konna sirna nafu li kienet dikjarata bħala kumpanija li flimkien ma’ Macbridge kienu ħa jkunu l-klijenti, u allura dawk li ħa jgħaddu l-flus, lill-kumpanija tiegħu Tillgate u lill-kumpanija ta’ Konrad Mizzi Hearnville. Wara snin jgħidilna li ma jafx ta’ min hi 17 Black, illum Keith Schembri ammetta li ilu snin jigdeb, u qalilna li dik il-kumpanija fetaħha għax hu kellu f’moħħu jagħmel negozju ma’ Yorgen Fenech meta jispiċċa mill-politika.

Issa jien, erġajt mort nara l-email li Nexia BT bagħtu f’ismu f’Diċembru 2015, fejn qalu li l-kontijiet li riedu jiftħu għal Schembri u għal Mizzi, kienu ħa jdaħħlu €2 miljuni, €5,000 kuljum, mingħand 17 Black u McBridge. Pero l-email ma tgħidx hekk biss. L-email tgħid li dawk iż-żewġ miljuni mingħand 17 Black, kien ħa jdaħħalhom fi żmien sena. U kollha nafu Keith Schembri, li int ma kontx ħa tispiċċa mill-politika, sentejn biss wara li sirt Chief of Staff.

Fuq din il-gidba li għamilt taħt ġurament, fuqha waħedha ukoll missek ġejt arrestat, aħseb u ara fuq il-gideb kollu li għidt u l-ħmieġ kollu li wettaqt f’dawn is-seba’ snin.
U jekk qatt kellna xi dubju, li f’dawn is-seba’ snin pajjiżna sar pajjiż immexxi mill-kriminali, il-konferma smajnieha mill-kriminali stess fix-xhieda li ngħatat fil-Qorti.

Smajna li ngħixu f’pajjiż fejn il-kriminali, jagħżlu huma meta jsir ir-raid fuqhom “ara ma tiġux il-Ħadd ta, għax ikolli l-lottu”. Ngħixu f’pajjiż fejn il-kriminali, jserrħu moħħhom li jistgħu jibqgħu għaddejjin bi qtil, billi jibagħtu lil xulxin is-surveys li juruhom li l-Mafja qiegħda minn fuq. Ngħixu f’pajjiż fejn il-kriminali, jagħżlu huma liema Spettur “orrajt” ser jagħmlilhom l-interrogazzjoni wara r-raid. U milli jidher nafu li nafu llum, għax b’xi miraklu tal-ġustizzja divina, flok tfaċċa quddiem Melvin Theuma l-ispettur l-orrajt li qalulu li ħa jkellmu u ħa jwaqqagħlu l-akkużi, tfaċċa spettur ieħor. U Theuma beża’, ippenikja, u qabad jikxef kollox. Li kieku ma kinetx għal din il-kumbinazzjoni divina l-istituzzjonijiet għadhom qed jaħdmuna u jgħaddu ż-żmien bina.

Ngħixu f’pajjiż fejn il-kriminali la jbeżżagħhom il-Gvern, la jbeżżgħuhom il-Pulizija, lanqas ibeżżagħhom l-Avukat Ġenerali. Tafu x’qalu bil-ġurament li beżżagħhom biss. Il-protesti, u l-velji li konna nagħmlu kull xahar aħna.

F’dan il-pajjiż, aħna l-erbat iqtates holier-than-thou li m’għandniex x’nagħmlu konna l-unika biża’, l-unika inkwiet li kellhom il-kriminali u li ma ħalliethomx jorqdu bil-lejl. Aħna fit-toroq. U dan jgħidha wkoll l-Ombudsman fir-rapport annwali tiegħu li ġie ppubblikat sagħtejn ilu. "kienet id-determinazzjoni tas-socjeta civili ma fatturi ohra li waqqghu amministrazzjoni li kellha appogg qawwi mill-poplu". U b’dan niftaħru u ftaħru intom kollha li pparteċipajtu mqar f’waħda minnhom, għax konna aħna ċ-ċittadini l-unika istituzzjoni li f’dawn is-snin ħadmet, għamlet dmirha, u ħabbet lil pajjiżha.

U maħniex ser nieqfu nofs triq.

Nerġa’ ngħid, “il-ġlieda kontra l-Mafja tista’ tiġi miġġielda biss fil-miftuħ. Fit-toroq”

U fit-toroq ħa nkomplu niġġielduha.

Ħalli l-kriminali u l-politiċi alleati tagħhom jibqgħu jinkwetaw, jibqgħu ma jorqdux komdi.

Ħalli fl-aħħar toħroġ il-verita’ kollha.

Ħalli fl-aħħar issir ġustizzja.

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is