Skip to main content

Mhux COVID biss...

 Artiklu li deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 14 ta' Marzu 2021





F’ “L-AQWA ŻMIEN” tikkonfondi liema storja tikkummenta. It-tentazzjoni hi li niffoka fuq l-emerġenza nazzjonali li l-COVID-19 ġabet fuq il-poplu tagħna. Emerġenza li ġiet aggravata bl-inkompetenza politika tal-Gvern ta’ Robert Abela. Iżda, f’dawn l-aħħar ġranet tant seħħew stejjer serji li nħoss li minflok nitkellem biss fuq waħda għandi naqsam magħkom riflessjonijiet  fuq uħud minnhom.


RAĦAL SĦIĦ BIL-ĠUĦ

Il-biċċa l-kbira minna lanqas biss tgħaddilna minn moħħna li f’pajjiżna jista’ hawn min qed ibati l-ġuħ. Fil-verità aktar minn 1500 familja talbu l-għajnuna tal-knejjes parrokkjali biex jgħinuhom jakkwistaw l-ikel għall-familja. Jiġifieri f’Malta, fl-“Aqwa Żmien”, għandna raħal ċkejken sħiħ fejn in-nies ma għandhomx ikel biżżejjed għall-familja u jibagħtu ‘l uliedhom jorqdu bil-ġuħ.

Tul dan ir-Randan il-CARITAS qed tmexxi kampanja ITMA’ U LIBBES. Ilkoll kemm aħna għandna ngħinu. Ikun tajjeb li fil-knisja fejn nattendu inħallu flus, ħwejjeġ tajbin u ikel. Imma l-aħjar ħaġa hi li nagħtu vouchers  jew inċemplu fuq in-numru apposta tal-Caritas għall-familji fil-bżonn:

€11.65 titma tifel/tifla għal ġimgħa (SMS 50619270)
€20 titma’ koppja anzjana għal 5 t’ijiem (ċempel 51002037)
€50 titma’ familja ta’ 4 għal 3 t’ijiem (ċempel 51902072)

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2020 kellna kważi 83,000 persuna f’riskju ta’ faqar, waqt li madwar 40,000 persuna qed jgħixu f’kondizzjonijiet serji ta’ deprivazzjoni.


EMERĠENZA NAZZJONALI FIS-SAĦĦA

Is-sħaba sewda ta’ korruzzjoni li figuri ewlenin fi ħdan il-Gvern u l-Partit Laburista tefgħu fuq Malta u fl-aħħar sena, il-Covid-19, tant qatgħulna nifisna li mhux qed jirnexxielna naraw il-problemi fis-saħħa tal-poplu b’mod ċar. Iva, il-mod kif il-Gvern ta’ Robert Abela mexxa fir-rigward tal-pandemija aggrava bil-kbir sitwazzjoni li nibtet f’pajjiżna bħal fid-dinja kollha. Imma sadanitant hemm sitwazzjonijiet oħra li qed iġibu tbatija, inkwiet u tħassib fost eluf ta’ familji, speċjalment dawk milquta minn ċertu mard u kondizzjonijiet. Irrid nuri is-solidarjetà, fost oħrajn, ma’:

Familji li tilfu qrabathom minħabba l-COVID.
Dawk li mardu bil-COVID.
Dawk li jinsabu isolati fl-isptarijiet u djar tal-anzjani.
Dawk li kellhom l-operazzjonijiet tagħhom posposti.
Dawk li tnaqsilhom xi servizz bżonnjuż tas-saħħa.
Dawk li għandhom bżonn il-kemoterapija kontra l-kanċer u qed ikollhom jittalbu għaliha lil Community Chest Fund.
Dawk li jbatu minn kondizzjonijiet speċjali bħal Cystic Fibrosis – kondizzjoni li Mandy Vella qed tagħmel kampanja importanti dwarha.

Hemm ħafna aktar x’ngħidu. Imma fir-rigward ta’ dawn l-aħħar tnejn ma jistax ikun li l-Gvern ma hux kapaċi jsib is-soluzzjonijiet finanzjarji biex jixtri bi prezzijiet speċjali l-mediċini meħtieġa, anke jekk dawn iqumu flejjes kbar. Ma narax għalfejn għal kura dawn in-nies iridu jittalbu għal karità, meta bi ftit miljuni li ma huma xejn fil-baġit biljunarju tal-Gvern dawn jistgħu jieħdu l-kura bi dritt.


MEXXEJ LABURISTA INKOMPETENTI U PRUŻUNTUŻ

Is-saga ta’ deċiżjonijiet u messaġġi żbaljati li għamlu Robert Abela, sħabu, u l-media Laburista appoġġjata mill-PBS hija fl-għerq tal-emerġenza nazzjonali fis-saħħa li qed naffaċċjaw. Kieku żammejna is-sistema li applikajna fil-bidu tal-pandemija kieku m’aħniex f’din il-kriżi. Minflok, fost ħwejjeġ oħra:
Għamilna festival biċ-ċikċifogu lejn l-aħħar ta’ Ġunu 2020 biex niċċelebraw “ir-rebħa fuq il-pandemija”;
Robert Abela ħafer il-multi – dak infurzar!
Organizzajna parties internazzjonali kbar li pajjiżi oħra irrifjutaw, għax kellna l-“protokols u l-mekkaniżims” ta’ Julia Farrugia f’posthom.
Ftaħna l-ajruport mingħajr ebda restrizzjonijiet;
U serraħna moħħ in-nies li l-“mewġ qiegħed biss fil-baħar” u li ser “nitilqu niġru”.

Altru illi Robert Abela, sħabu u l-media Laburista bil-PBS magħha huma responsabbli.


IL-GVERN U L-LABOUR IŻOLATI

Kulħadd illum jinsab vuċi waħda dwar il-bżonn li l-pandemija tiġi miġġielda b’mod effettiv – tobba, nurses, spiżjara, laboratorji, ħaddiema fi sptarijiet u djar tal-anzjani, għaqdiet tal-employers, business, is-soċjetà ċivili, unjons. Imma fuq din ma nisimgħu qatt għaliex hemm ċensura sħiħa mill-PBS.

Issa għax kulħadd qed jikkritika l-imġieba tal-Gvern, f’erbat ijiem inħarġu iżjed multi milli nħarġu fl-erba’ xhur ta’ qabel, mingħajr ma kien għadu nbidel xejn mill-avviżi legali li kien hemm fis-seħħ. Mela allura kellu raġun min kien qed jgħid li ma kienx qed isir infurzar.

Il-Partit Nazzjonalista huwa minn ta’ quddiem favur is-saħħa tal-poplu b’sensiela ta’ proposti dwar x’jista’ jsir biex il-poplu jieħu lura saħħtu u n-normalità għall-ħajja tiegħu. Ibda biex billi l-politiċi jieqfu jindaħlu fuq l-awtoritajiet tas-saħħa, aħseb u ara illi jkeċċu u jagħlqu ħalq l-esperti li jtuhom pariri mediċi li ma jogħġbuhomx!


NAĦSBU FL-ISTUDENTI

Filwaqt li l-iskejjel u l-għalliema qed jagħmlu jistgħu bl-użu tal-internet biex ikomplu jgħallmu lill-istudenti, speċjalment issa li l-iskejjel ser ikunu magħluqin, m’hemmx dubju li l-istudenti – mill-iċken sal-ogħla livell – li inqabdu fil-kriżi tal-pandemija qed isofru konsegwenzi.

Importanti li naħsbu bis-serjetà kif ser norganizzaw miżuri biex, hekk kif il-pandemija tiġi mirbuħa, ngħinu l-istudenti f’kull livell jikkumpensaw dak li tilfu u jirbħu lura l-livelli, l-formazzjoni u t-taħriġ li għandhom dritt għalih.


THEDDIDA GĦAR-REPUBBLIKA

Bħallikieku l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandux biżżejjed ma x’hiex iħabbel rasu, sab anke il-ħin biex jhedded li għaqda volontorja Repubblika li jfixkilha serjament fil-ħidma tagħha jekk tkompli bil-kritika politika tagħha kontra l-Gvern.

Din mhix biss theddida għal Repubblika. Din hi theddida għar-repubblika  u għas-soċjetà ċivili kollha. Għax f’Malta għandna diversi NGOs li fejn iħossu l-ħtieġa jagħmlu kampanji ta’ kritika kontra deċiżjonijiet u l-politika tal-Gvern. Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Moviment Graffitti – dawn issa ser nhedduhom li ma jibqgħux NGOs jekk jagħmlu xi protesta jew jikkritikaw deċiżjoni tal-Gvern?

Id-dritt ta’ espressjoni u ta’ assoċjazzjoni huwa dritt fundamentali tal-bniedem. Dritt li twelidna bih u ħadd ma għandu għalfejn itihulna, wisq anqas jipprova jeħodulna. 

Iżda akbar ma hi t-theddida għad-demokrazija u l-libertà aktar il-poplu jifhem il-bżonn tal-bidla u ta’ paġna ġdida għal pajjiżna.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is