Skip to main content

Għanqbuta mifruxa ma’ kullimkien

Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 4 ta' April 2021, Jum l-Għid il-Kbir




L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd.

Il-Kristjaneżmu mingħajr l-Għid kien ikun reliġjon bla togħma. Dan l-aħħar smajt frażi li laqtitni: It-tradizzjoni hi l-fidi ħajja tal-mejtin, dawk li ġew qabilna. Imma it-tradizzjonaliżmu huwa l-mewt tal-fidi tal-ħajjin. Sfortunatament is-soċjetà tagħna hi mimlija tradizzjonaliżmi superfiċjali. Dan ukoll insibuh fl-għeruq tal-mod kif nagħmlu politika. Ngħożżu it-tradizzjoni, jiġifieri l-wirt, imma jeħtieġ li niġġeddu fis-sustanza, valuri u verità.


L-għanqbuta tal-Mafja 

Għadna kif fakkarna ‘Jum il-Ħelsien’, proprju minn Gvern li waħħad lil Malta f’għanqbuta ma’ barranin. Tajniehom power station, Enemalta, sptarijiet, artijiet u ma nafx x’hiex iżjed. Dak “Ħelsien”! U ma għamilnihiex għax kien jaqbel lil pajjiżna. Le. Għamilnieha biex is-swaba’ tal-qarnita jagħmlu lira. Din il-ġimgħa komplejna nsiru nafu aktar. Grazzi għal xogħol kbir minn Times of Malta u konsorzju ta’ ġurnalisti barranin fid-Daphne Project, dak li bdiet tinvestiga Daphne Caruana Galizia ħames snin ilu tkompla u llum sirna nafu li Macbridge, il-kumpanija l-oħra li bħal 17 Black kellha tgħaddi €5,000 kuljum lil Konrad Mizzi u Keith Schembri, hi ta’ Chen Cheng, dak li f’isem Shanghai Electric innegozja l-bejgħ tal-Enemalta u l-proġett tal-windfarms fil-Montenegro.

Imma sirna nafu ħafna aktar. Fl-inkjesta Egrant, il-Maġistrat Aaron Bugeja kien sab emails li juru li dan Chen Cheng, flimkien ma' Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna, u ċertu "Sai" (Mizzi?) kienu beħsiebhom jibdew joffru servizzi ta' viżas, permessi għal residenza, ċittadinanza u proprjetà lil ċittadini Ċiniżi. Fil-konklużjoni tal-inkjesta li Muscat kien żamm mistura, il-Maġistrat jirrakkommanda investigazzjoni kriminali fuq dan il-proġett. Forsi l-Kummissarju jsib ħin jaġġornana ftit f'hiex waslet din l-investigazzjoni, tliet snin wara.

Issa ġie żvelat ukoll kif dan Cheng kien partner ma' Mao Haibin f'kumpanija li toffri viżas liċ-Ċiniżi. Dan Mao huwa uffiċċjal għoli tas-Shanghai Overseas Chinese Exit-Entry Services, kumpanija li l-Gvern Malti taha konċessjoni ESKLUSSIVA biex hi biss tbiegħ viżas residenzjali Maltin fiċ-Ċina, Hong Kong u Macao.

Mao għandu wkoll partnership ma' Aron Mifsud Bonnici, l-avukat ta' Konrad Mizzi li kien tpoġġa fil-Bord tal-Enemalta meta sar il-bejgħ tal-ishma liċ-Ċiniżi u meta ġie negozjat il-proġett korrott tal-Montenegro. Bejniethom ibiegħu wkoll il-viżas residenzjali liċ-Ċiniżi.

U hemm aktar. Ħu Mao, ċertu Mao Haichun, għandu żewġ kumpaniji oħra bi sħab ma' Roderick Cutajar, li kien CEO tal-Malta Residence and Visa Program, aġenzija tal-Gvern. Kumpanija minnhom tbiegħ il-proprjetà, u l-oħra ċ-ċittadinanza. Ħalli dik l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, jeħilbuha kollha. U għax taf int, fil-Moviment, is-CEOs kollha kellhom business "on-the-side". Bħal Joseph Cuschieri, Heathcliff Farrugia u Johann Buttigieg, li Robert Abela għadu jiddefendi sal-lum.

U ma ninsewx ukoll f'dan iż-żmien min kien il-Konslu Ġenerali li kellna Shanghai: Aldo Cutajar. Dan Aldo jiġi ħu s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, u ġie arrestat f'Awwissu li għadda għax sabulu nofs miljun fi flus kontanti moħbija d-dar u €400,000 oħra moħbija f'bank fl-Emirati Għarab Magħquda.

Għadna qed insiru nafu, naqra naqra, kemm kienet mifruxa din l-għanqbuta. Kemm kellha swaba' ma' kullimkien il-qarnita.

Huwa ċar li dan ma kienx xogħol individwu wieħed, kif qed jipprova jpenġieha l-Labour. Din hija kriminalità organizzata. Organizzazzjoni sħiħa li tixtri, tinxtara, tikkorrompi, tirrikatta, issikket, tisraq, taħsel li tisraq, u fejn kien hemm bżonn toqtol.

Din kienet ir-roadmap. Dan hu l-Moviment Laburista li Robert Abela ddefenda u għadu jiddefendi.


LE MHUX L-ISTESS

Mhux veru il-PN u l-PL huma l-istess. Din hi d-diska li taqbel lil min qiegħed hemm biex jisraq, biex dak li jagħmel hu jidher normali.

Nerġa ngħid: Korruzzjoni jkun hemm dejjem. Biss kien hemm żmien fejn il-korruzzjoni kienet tkun frott individwu, u allura kien faċli għall-istituzzjonijiet li jieħdu azzjoni. Li qed naraw illum huma l-ogħla saffi tal-gvern parti minn xibka sħiħa ta’ korruzzjoni, jorganizzawha huma, u jidħlu bi sħab mal-kriminali u mal-qattiela. U din rajnieha biss fiż-żmien meta fil-Gvern hemm il-Labour.

Il-qarnita illum mifruxa ma' kullimkien. U allura ma nistgħu nnaddfuha qatt kemm idum il-Partit Laburista fil-Gvern. Biex il-pajjiż joħroġ minn din l-istorja kerha, isib tarf tal-verità, issir ġustizzja ma' kulħadd, u dak li nsteraq jintradd lura liċ-ċittadini Maltin, pajjiżna jrid jibda Paġna Ġdida mal-Partit Nazzjonalista b'Bernard Grech Prim Ministru. 

Prim Ministru li mhux kompromess, li ma kienx imdaħħal f'dan it-tgħaffiġ, u li m'għandu bżonn joqgħod jgħatti għal ħadd. Ħalli flimkien naraw li dan il-pajjiż jerġa' jsir normali, isimna jerġa' jitnaddaf, u kulmin għamel il-ħażin iwieġeb ta' għemilu.

U mbagħad iva, inkunu nistgħu nerġgħu nużaw il-politika bħala għodda ta’ ġid għal kulħadd.


Comments

Popular posts from this blog

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Inħarsu ‘l Quddiem

G ħaddew aktar minn ġimgħa u nofs minn mindu saret l-elezzjoni tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Ġimgħa u nofs li matulhom Adrian Delia beda jħalli l-marka tiegħu fuq il-Partit. Id-diskors fil- meeting tal-Indipendenza, u l-intervisti li sarulu minn ġurnali Maltin bdew jagħtu ħjiel ta’ x’ser ikunu l-prioritajiet tiegħu. Fost l-oħrajn semma ħafna l-qagħda preokkupanti tan-nies bi qliegħ baxx u l-pensjonanti, li kompliet toħroġ fil-beraħ hekk kif l-istatistika qed turi żieda oħra fl-ammont ta’ nies fir-riskju ta’ faqar. Priorit à oħra hija l-ġlieda għall-ġustizzja, li tinkludi kemm il-ġlieda biex nerġgħu nibnu l-istituzzjonijiet li jidher ċar li kkrollaw (u din il-ġimgħa erġajna rajna xhieda inkwetanti tal-ex-investigatur tal-FIAU Jonathan Ferris, li kixef l-indħil u n-nuqqas ta’ kontrolli u sigurtà li kien hemm f’din l-istituzzjoni daqstant importanti u sensittiva), kif ukoll il-ġlieda kontra l-kriminalità li qiegħda kulma jmur tiżdied. Hawnhekk il-Gvern qed jonqos bil-kbir, ...