Skip to main content

Il-Partit Laburista nganna ‘l-poplu

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 25 ta' April 2021




Meta fl-2013 maġġoranza kbira għażlu l-Partit Laburista fil-Gvern, kienu emmnu li tassew kien ser ikun hemm bidla għall-aħjar fit-tmexxija tal-pajjiż. Wegħduna tmexxija fejn kulħadd jiġi stmat skont il-merti u t-talenti tiegħu. Wegħduna li l-ġid tal-pajjiż ser ikun gawdut b’aktar ġustizzja. Wegħduna li l-Gvern ser ikun “tagħna lkoll”. Wegħduna li kollox ser isir fil-miftuħ u bla ħabi. Wegħduna id-dritt li nesprimu fehmitna bla biża’. Wegħduna li ser inkunu l-aqwa fl-Ewropa. Wegħduna edukazzjoni ta’ kwalità aħjar. Wegħduna saħħa u sptarijiet f’Malta u Għawdex aħjar. Wegħduna ħarsien tal-ambjent mill-aqwa. Wegħduna tmexxija bla ebda korruzzjoni. Insomma, wegħduna “l-aqwa żmien”.

Filwaqt li diversi marru tajjeb u stagħnew aktar milli bassru, inġenerali is-sitwazzjoni tal-familji, ż-żgħażagħ, il-ħaddiema, l-anzjani hija sitwazzjoni imċajpra u inċerta. Mhux biss minħabba l-COVID, imma l-aktar minħabba il-ħażen, il-korruzzjoni, l-abbużi, l-ħela tal-flus, il-partiġjaniżmu sfrenat li bih mexa il-Labour, li wiegħed li kellu jkun gvern serju tal-Maltin kollha. Bir-riżultat li llum pajjiżna ħa reputazzjoni xejn sabiħa.

Il-ħtija għal dan l-ingann ma taqax fuq bniedem wieħed jew tnejn, anke jekk x’uħud aktar ħatja min ħaddieħor. Il-ħtija hija responsabbilità ta’ partit sħiħ. Għal darb’oħra l-Labour, din id-darba b’libsa aktar moderna u tlellex, inganna poplu sħiħ.

Nifhem li fl-2013, wara kważi 25 sena tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, il-poplu bi ħġaru ried ibiddel. Naturali. Imma issa kull ċittadin, jemmen x’jemmen, hu mistenni jerfa’ r-responsabbilità biex flimkien nagħtu lil Malta l-gvern li tassew jixirqilna.


MHUX VERU T-TNEJN L-ISTESS – HEMM DIFFERENZI KBAR

Spiss tisma’ li m’hemmx għażla bejn iż-żewġ partiti. Għall-akkużi li jsirulhom tal-Labour iwieġbu “Għax ma tarawx x’għamlu n-nazzjonalisti”. L-ewwel wieħed li jirrikonoxxi d-difetti u l-iżbalji tal-PN huwa jien. Qatt ma bżajt nikkritika l-PN, anke meta kien fil-Gvern, fejn emmint li kien hemm bżonn. I always stood up to be counted. 

Imma hemm oċejan jaqsam bejn id-difetti tal-PN u l-kriminalità tal-PL. Trid tkun għama iżraq jew kompliċi fil-ħażen biex id-differenza ma tarahiex. 

Dan l-aħħar sirna nafu b’liema qerq tal-Labour ingannaw bit-tajn li tefgħu. Mhux veru kien hemm korruzzjoni fil-każ tal-Power Station tal-BWSC. Mhux veru kien hemm abbużi fil-każ ta’ Anthony Debono, ir-raġel ta’ Giovanna. Mhux veru kien hemm abbuż u ksur ta’ liġi fil-każ tal-permess tal-bini ta’ Victor Scerri fil-Baħrija. Dawn huma kollha sentenzi ta’ Qrati u awtoritajiet oħra li ħarġu fl-aħħar ftit ġimgħat.

B’differenza mill-ħażen li wettqu huma, dan kien biss tajn li ntefa’ biex jingannaw poplu sħiħ.


INSAĦĦU, MHUX INFIXXKLU, L-GĦAQDIET VOLONTARJI

Ma jistax ikollna soċjetà tassew demokratika li tħaddem is-solidarjetà mingħajr volontarjat ħaj, impenjat, u b’saħħtu.

Bla ebda konsultazzjoni vera l-Gvern Laburista jrid jgħaddi liġijiet li r-riżultat tagħhom ser ikun muntanja ta’ burokrazija li ser tifga l-volontarjat. Veru li irridu nilqgħu għas-sangisugi li jippruvaw jinqdew bil-volontarjat biex jaħslu flus maħmuġin jew biex bħal Fariżej jidhru sbieħ u karitattevoli waqt li fil-moħbi jwettqu l-kriminalità organizzata fi sħubija ma’ min ikun fil-poter. Imma s-soluzzjoni mhux li tuża bulldożer.

Is-sitwazzjoni wasslet biex issa inħoloq Volontarjat Action Group magħmul minn qrib 100 għaqda volontarja biex flimkien nirresistu din il-liġi u nwasslu biex tiġi irtirata. Imbagħad il-Gvern għandu jpoġġi mal-volontarjat u jniedi diskussjoni serja u ġenwina. Jien ċert li insibu soluzzjoni vera, anke għall-perikolu tal-ħasil tal-flus.


NGĦINU Ż-ŻGĦAŻAGĦ U STUDENTI

L-istudenti u żgħażagħ tagħna diġa’ tilfu ħafna minħabba l-COVID – esperjenzi sbieħ ta’ tagħlim fl-iskejjel, Università, MCAST, ITS, Sixth Forms, Giovanni Curmi; l-esperjenzi ta’ attivitajiet sportivi u extrakurrikulari; l-esperjenzi tal-laqgħat wiċċ imb’wiċċ mal-għalliema; tħarbit fl-eżamijiet; u ħafna inkwiet ieħor.

Jien nemmen li għandna noħolqu programmi speċjali biex lil dawn iż-żgħażagħ u studenti nikkumpensawhom tal-esperjenzi u opportunitajiet ta’ formazzjoni li tilfu.

Fuq kollox ma nżidulhomx inkwiet b’nuqqas serju ta’ ippjanar għall-eżamijiet li ser isiru.


PN BI PROPOSTI TA’ ĠID GĦAL KULĦADD

Il-Kap tal-Partit Bernard Grech din il-ġimgħa ħabbar il-proposti fid-dettal tal-PN għall-qasam tat-turiżmu. Kellna reazzjoni posittiva ħafna mill-Korpi Kostitwiti dwar dan il-pjan. Qalulna: “Pjan sħiħ li jinkludi kemm viżjoni kif ukoll azzjoni”. U dan wara li ftit ilu ħabbarna l-pjan tal-pjan għall-qasam tal-enerġija.

Grazzi Bernard u grazzi kull min qed jagħti sehemu. Taħt it-tmexxija tal-Kap u l-Grupp Parlamentari qed nuru kemm tassew qed niġġeddu u kemm għandna ideat validi biex inġeddu l-pajjiż u kulħadd igawdi mill-ġid f’pajjiż li jikseb lura l-fiduċja u r-rispett ta’ kulħadd.



Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is