Skip to main content

Tinħass iż-żiffa tal-bidla

 Dan l-artiklu deher fil-ħarġa tal-Mument tal-Ħadd 11 ta' April 2021


Jiddependi minn kull wieħed u waħda jekk din iż-żiffa tibqax biex tiżviluppa f’riħ, jekk jista’ jkun riefnu, ta’ bidla. Il-mexxej il-ġdid tal-PN, Bernard Grech, hu nnifsu wiċċ ġdid, relattivament żagħżugħ, li qed jimbotta l-bidla. Fi ftit xhur kiseb l-appoġġ massiv tal-partit u ħafna simpatija mill-poplu inġenerali. Issa qed inħossu sew it-tnemnim ta’ ritmu jiżdied fit-tmexxija effettiva tal-partit u fil-viżjoni u d-direzzjoni ġodda li l-PN fil-Gvern se joffri lill-poplu Malti u Għawdxi. ISSA HU L-WAQT li kull partitarju, tesserat, membru f’xi kumitat tal-partit jagħmel deċiżjoni b’saħħitha li jagħti s-sehem kollu possibbli. F’IDEJNA.


AWGURI GĦALL-FTUĦ TAL-ISKEJJEL

Għada jibda l-proċess tal-ftuħ gradwali tal-iskejjel. Importanti li lkoll – ġenituri, tfal u studenti, għalliema, ħaddiema, tat-trasport – nikkoperaw biex dan ikun suċċess u nkomplu inbattu l-pandemija. Kulħadd jaf eżatt x’irid jagħmel. Diġa uliedna u l-istudenti tilfu ħafna. M’hemm xejn aqwa mill-edukazzjoni fl-iskejjel, wiċċ imb’wiċċ mal-għalliema, ma’ sħabna fil-klassi, fil-logħob u l-avventuri. Kuraġġ u grazzi lill-għalliema kollha. Awguri lill-iskejjel kollha.

Wieħed jinnota pero kif ħafna minn dawn l-istudenti għadhom fil-għama dwar x’ser ikun qed jiġri mill-eżamijiet. Jekk forsi s-sena l-oħra l-pandemija ġiet fuqna għall-għarrieda, naħseb li sena wara l-Gvern kellu żmien biżżejjed li jippjana.


IRRIDU VOLONTARJAT ĦIELES

Il-Liġijiet u r-Regolamenti li saru bl-iskop li jkun miġġieled il-ħasil tal-flus qed jheddu l-indipendenza u l-ħajja tal-għaqdiet volontarji – mill-iċken sal-akbar. Il-Gvern Laburista ma kienx kapaċi jiddistingwi bejn min irid bi kriminalità mafjuża jikkorrompi u jaħsel il-flus (money laundering) u min irid biss ikun ta’ servizz u karità għal min hu fil-bżonn.

Issa l-għaqdiet volontarji – minn kumitat taż-żgħażgħ sa każini ta’ banda, ta’ sport, ta’ arti u kultura, ta’ ambjent, għaqdiet ta’ servizzi soċjali u kull tip ta’ għaqda volontarja – jinsabu taħt il-madmad ta’ muntanja ta’ burokrazija bil-perikolu ta’ eluf kbar ta’ multi jekk wieħed jimla xi formola ħażin jew jinsa jimlieha. Is-settur volontarju illum hu fil-perikolu u jeħtieġ li l-Gvern jieqaf mill-aggressjoni tiegħu u kulħadd ipoġġi madwar mejda biex jinsatbu soluzzjonijiet ġusti u proporzjonali fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Sadanitant, kull min hu fis-settur volontarju għandu jirrifletti u jmiss b’idejh il-konsegwenzi tal-korruzzjoni, abbużi u immunità li l-Gvern Laburista stess xettel fis-soċjetà tagħna. 


800 PRIĠUNIER – L-AQWA FL-EWROPA

Skont ir-Rapport SPACE għall-2020  (l-istatistika annwali penali tal-Kunsill tal-Ewropa) Malta għandha l-ogħla żieda fir-rata ta’ priġunieri fil-ħabs mqabbla mad-daqs tal-popolazzjoni, kważi 800 priġunier is-sena l-oħra, inkluż 60 mara. Fit-tmien snin ta’ Gvern Laburista din ir-rata splodiet. Il-ħabs tagħna huwa l-ħabs bil-ħames l-akbar popolazzjoni ta’ priġunieri barranin – aktar min nofs il-popolazzjoni ta’ priġunieri. Aktar minn kwart qiegħdin il-ħabs fuq reati konnessi ma’ droga. Il-ħabs Malti irreġistra wkoll l-ogħla rata ta’ suwiċdji fil-ħabs – 25.2 għal kull 10,000 priġunier. Ir-rapport jagħti ħafna tagħrif dwar is-sitwazzjoni f’Malta mqabbla ma’pajjiżi oħra tal-Kunsill tal-Ewropa.

Pajjiż modern u serju għandu jagħti każ ta’ rapporti bħal dawn. Nemmen li għandna nagħmlu sforz biex b’mod oġġettiv ispirat mis-sens ta’ ġustizzja, fairness u saltna tad-dritt nanalizzaw x’jista’ jsir biex ma jkunx hemm popolazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin akbar milli tassew hemm bżonn. 

Kważi 40 sena ilu Louis Galea, meta kien ministru responsabbli mill-ħabs, kien ta bidu għal riforma f’dan is-settur. Kien hu li inroduċa ideat ġodda ta’ rijabilitazzjoni u trattament ta’ priġunieri u bidel l-isem minn “Ħabs Ċivili ta’ Kordin” għal “Faċilità Korrettiva ta’ Kordin”. Kompla warajh Tonio Borg u oħrajn. Jekk il-ħabs ma jsirx tassew ‘faċilità korrettiva’ u ta’ rijabilitazzjoni ikun hemm konsegwenzi serjissima fuq is-soċjetà kollha. Fadal ħafna xi jsir.


IL-ĠAR TAGĦNA L-LIBJA 

Ħadt gost biż-żjara li l-Prim Ministru Abela u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Bartolo għamlu fil-Libja wara l-ftehim internazzjonali li wassal biex il-pajjiż ikollu gvern temporanju ta’ għaqda nazzjonali taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru interim Abdul Hamid Dbeibah. Issa ser nerġgħu niftħu l-Ambaxxata u jibdew it-titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi. L-Unjoni Ewropea ilha tagħti kontribut biex jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa f’pajjiż ilu snin imkisser bi gwerrer u ġlied intern.

Huwa fl-akbar interess tagħna li l-Libja tikseb il-paċi, l-istabbilità u l-aħjar governanza possibbli. Il-poplu Libjan hu poplu ħabib u qrib tagħna. Għalina l-Libja huwa suq mill-aktar importanti li jeħtieġ inkomplu nagħtuh l-ogħla priorità. Fuq kollox sigurtà, ordni u organizzazzjoni fuq il-kosta tal-Libja huma parti mis-soluzzjoni għall-problema tal-immigrazzjoni  lejn ix-xtut Ewropej, inkluż tagħna.


TISLIMA LIL WILLIAM POMROY U ĠORĠ BUGEJA

Fi żmien erba’ xhur tlifna tnejn mill-aqwa irġiel li kellna fil-PN - Ġorġ Bugeja f’Jannar u issa William Pomroy. Il-funerali li sarilhom jixhdu r-rispett li dawn iż-żewġ ġentlomi kienu jgawdu sew fost ix-Xlukkajri kif ukoll fi ħdan il-partit.

Kienu Maltin ta’ veri; bnedmin tal-ogħla valuri; ħaddiema eżemplari u bieżla; nies b’kuxjenza ċivika mill-aqwa. Bħala Nazzjonalisti għixu ż-żmenijiet koroh taħt is-soċjalisti fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet. Huma eżempju għal min irid jagħti sehem u servizz bnin u ġenwin fil-politika.

Grazzi Ġorġ u William. U grazzi lill-familji tagħhom.



Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is