Skip to main content

2,800 Żgħażugħ - il-Fatti

Il-Partit Laburista qed jakkuża lill-Gvern li jrid iċaħħad il-vot fir-referendum dwar id-divorzju lil 2,800 żagħżugħ. Il-fatti huma dawn:

14 ta' Frar 2011: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Joseph Muscat iressaq mozzjoni fil-Kamra tad-Deputati fejn jipproponi fost l-oħrajn li: "mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem mill-approvazzjoni ta’ din ir-Riżoluzzjoni, għandu jissejjaħ Referendum Konsultattiv kif provdut fl-Artikolu 3 tal-Kapitolu 237 tal-Liġijiet ta’ Malta, u li dan ir-Referendum Konsultattiv għandu jsir mhux aktar tard minn erbgħin (40) jum minn meta jissejjaħ" (Mozzjoni 208 tal-11-il Leġislatura). B'din il-mozzjoni, ir-Referendum kellu jissejjaħ sat-23 ta' Marzu, u jsir sat-30 t'April.

17 ta' Frar 2011: Il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi jikteb lil Dr. Muscat biex jagħmel żewġ emendi għall-mozzjoni: (a) il-mistoqsija tkun ġenerika jekk il-poplu jridx li tidħol leġislazzjoni tad-divorzju u (b) ir-Referendum isir aktar tard biex ma jaħbatx mal-għada tad-Duluri jew Sibt il-Għid.

23 ta' Frar 2011: Il-Kamra tad-Deputati tibda tiddibatti l-Mozzjoni 208 imressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Id-dibattitu ppjanat li jieħu 9 seduti.

16 ta' Marzu 2011: Fl-aħħar intervent tad-dibattitu, il-Kap tal-Oppożizzjoni jressaq emenda qabel jittieħed il-vot, biex il-kliem t'hawn fuq jinbidel u jsir: "u mhux aktar tard minn ħmistax (15)-il jum mill-approvazzjoni ta' din ir­-Riżoluzzjoni, għandu jissejjaħ Referendum Konsultattiv kif provdut fl-Artikolu 3 tal-Kapitolu 237 tal-Liġijiet ta' Malta, u li dan ir-Referendum Konsultattiv għandu jsir fil-jum tas-Sibt, 28 ta' Mejju 2011;" Il-mozzjoni tgħaddi mill-Parlament bil-vot li jittieħed dakinhar stess: 36 favur, 33 kontra.

30 ta' Marzu 2011: Preċiżament 14-il ġurnata wara, l-aħħar ġurnata possibli kif talbet il-Kamra tar-Rappreżentanti (għax l-għada festa nazzjonali), il-President iffirma s-sejħa għar-Referendum Konsultattiv dwar id-Divorzju biex isir fit-28 ta' Mejju 2011.

31 ta' Marzu 2011: Il-Partit Laburista joħroġ jgħid li l-Gvern irid iċaħħad 2800 żgħażugħ li għalqu 18 wara l-1 ta' Ottubru 2010 milli jivvutaw. Jgħid ukoll, li huma ssuġġerew lill-Kummissjoni Elettorali biex tistenna li joħroġ ir-Reġistru Elettorali ta' April qabel tibda l-proċess tar-Referendum.

Żewġ punti żgħar:
(a) L-ingann sfaċċat ta' min ħa żball fil-mozzjoni li ressaq u issa qed jipprova jgħattieh billi jitfgħu fuq ħaddieħor;
(b) Is-suġġeriment li l-Kummissjoni Elettorali, jew il-Kap tal-Oppożizzjoni, jew kwalnukwe' persuna oħra, anke jekk vera kif kien hemm xi ftehim mal-Prim Ministru, jimxu kontra dak li approva l-Parlament, huwa ANTI-demokratiku għall-aħħar. Kif jista' Kummissjoni, jew iż-żewġ kapijiet tal-Partiti, jaqblu biex tiddawwar jew tinkiser mozzjoni APPROVATA mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Poplu. Il-Kamra tar-Rappreżentanti hija l-organu leġislattiv suprem, suġġett biss għall-Kostituzzjoni, u jekk xi ħadd jidhirlu li għandu jaqbiżha jkun vera qed jipprova jiżżufjetta mhux biss bil-poplu, imma bl-ordni demokratika ta' pajjiżna.

Wara kollox, qed tinħoloq frattarija fuq ix-xejn. F'kull elezzjoni jkun hemm numru ta' żgħażagħ li jkunu għalqu t-18 imma ma laħqux dehru fl-aħħar reġistru elettorali, u qatt ħadd ma qal li dawn qed jiċċaħdu mid-demokrazija. X'imkien trid tinqata' linja. Is-sistema ta' pajjiżna timxi mar-Reġistri Elettorali pubblikati f'April u Ottubru. Kieku l-Kap tal-Oppożizzjoni vera ried li dawn l-2,800 jivvutaw, kien jibdel il-mozzjoni minn 15-il ġurnata għal 20 ġurnata biex jilħaq joħroġ reġistru ieħor. Imma dan, fi ħmistax-il ġurnata, m'għamlux. Ħaseb li n-nies għadhom ċwieċ li jaqgħu għal dawn il-'gimmicks'.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...