Skip to main content

Id-Differenza

Fi tmiem din il-ġimgħa kien hemm żewġ okkażjonijiet li fihom stajt nara aktar minn qabel id-differenza kbira li teżisti bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ta' pajjiżna: wieħed fuq Xarabank, u l-ieħor fil-Kunsill Ġenerali. Fost il-ħafna differenzi u kuntrasti ta' bejniethom innutajt li:

- waqt li wieħed jistqarr li lest jimplimenta r-rieda tal-poplu avolja tmur kontra dak li jemmen hu, l-ieħor stqarr li jekk ikun Prim Ministru "hija prerogattiva tiegħu" jimxix mad-deċiżjonijiet tal-Qrati jew le. Għadu ma fehemx id-differenza bejn Prim Ministru u Imperatur;

- waqt li wieħed jikkundanna l-atroċitajiet ta' Gaddafi u jistqarr li jibqa' jagħti kenn f'każ ta' emerġenza lill-ajruplani li jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-Ġnus Magħquda, l-ieħor għadu s'issa qatt ma kkundanna lir-reġim tal-ħabib kbir tiegħu Gaddafi u jitfa' dubji li qed nintużaw bħala bażi militari;

- waqt li wieħed jistqarr li mhux ser iħalli dgħajjes bin-nies jegħrqu, l-ieħor jerġa' jisħaq li għamlu sew it-Taljani li għalqu l-port tagħhom (avolja l-għada talbu skuża u wiegħdu li mhux ħa terġa tirrepeti ruħha), u li missna nagħmlu bħalhom u nħalluhom jegħrqu f'nofs ta' baħar;

- waqt li wieħed iħabbar ta' kull ġimgħa b'investimenti ġodda, b'fabbriki jespandu, u b'żieda fir-rata ta' nies jaħdmu, l-ieħor iħabbar li jekk jitla' hu jintaxxa l-investituri u l-industrija, riċetta effikaċi ħafna biex jikser ir-rekords ta' qagħad ta' kulmeta ggverna Partit Laburista;

- waqt li wieħed realistikament jammetti li l-kontijiet tad-dawl ma jistgħux jibqgħu jiġu ssudijati mit-taxxi waqt li ser ikomplu jiġu megħjuna dawk fil-bżonn, l-ieħor iwiegħed li ser iraħħashom - kif għadu ma jafx - avolja fl-istess nifs kontradittorjament jgħid li ser iżid it-taxxi fuq il-polluters;

- waqt li wieħed ħalla lil kull membru tal-Partit tiegħu jesprimi l-opinjoni differenti tiegħu, l-ieħor għandu liż-żewġ deputati li kienu jaħsbuha differenti jgħidu li jħossuhom skomdi, mhux ser jikkontestaw, u saħansitra kien hemm min ġie mhedded;

- waqt li wieħed dejjem stima lil kulmin kellmu ta' ċittadin Malti, rajna lill-ieħor jipprova jirredikola ċittadin li għamillu mistoqsija fuq l-istazzjoni nazzjonali, billi akkużah li dan għax jaħem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u ma kienx kapaċi jistmah ta' ċittadin ieħor mingħajr preġudizzju;

- waqt li wieħed dejjem wieġeb għal kull mistoqsija u ta direzzjoni ta' fejn irid jasal, wieħed jgħidilna li f'dawn is-sentejn mhu ser jiddiskuti xejn, għax ser iħabbrilna x'għandu f'moħħu biss lejliet l-elezzjoni.

Dak li tieħu meta taqbad ġurnalist u tipprova ddawru f'mexxej, mingħajr ma jirrealizza li t-tmexxija ta' pajjiż differenti mit-tmexxija tan-newsroom tal-One.

Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...