Skip to main content

Rapport ta’ ħidma fil-Kunsill Lokali Gudja Ottubru 2010 – Settembru 2011

Sorry the below post is only available in Maltese. It is the report I presented in the Gudja PN Sectional Committee Annual General Meeting, regarding the work done in the Gudja Local Council. Other similar reports of previous years can be found at http://www.markanthonysammut.com/hidma




Din is-sena, permezz ta’ skema  maħruġa mill-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, il-Kunsill reġa’ ibbenefika minn finanzjament ta’ 2,400 biex komplejna l-attivita’ ta’ After School Sports għat-tfal tal-Primarja, kif ukoll komplejna nifirxu l-attivita’ sportiva anke’ għall-adulti b’korsijiet tal-Aerobika, Pilates u Zumba, b’finanzjament ta’ 480 mill-istess skema. Attivita’ oħra sportivi kienet il-Fun Run li saret bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Gudja, li rat il-parteċipazzjoni ta’ ‘l fuq minn 40 persuna. Għall-ewwel darba saru wkoll sensiela ta’ events sportivi, b’kollaborazzjoni mal-Agones SFC, li kienu jinkludu Trail Run fil-kampanja, Cycling Time-Trial, Night Cross-Country Cycle, u Duathlon, li raw il-parteċipazzjoni ta’ diversi żgħażagħ u adulti anke’ minn barra l-Gudja.

Il-Kunsill Lokali daħal għall-ewwel Public-Private Partnership Agreement minn meta saret ir-riforma tal-Kunsilli Lokali. Dan il-ftehim sar mal-Gudja Utd. FC, u kien jikkonsisti f’għajnuna mill-Kunsill għall-immodernizzar tal-grawnd sintetiku, filwaqt li l-Kunsill ikun jista’ juża’ l-grawnd għal attivitajiet tiegħu.

Ta’ min isemmi li l-Gvern permezz tal-Fond tal-Kawżi Ġusti, ta wkoll għajnuna ta’ €45,000 fl-immodernizzar ta’ dan il-grawnd, u permezz ta’ dan l-istess fond anke’ għen lis-Soċjeta Filarmonika La Stella b’€10,000 fix-xogħlijiet ta’ restawr u immodernizzar li saru fil-Każin.

Il-Kunsill din is-sena reġa’ organizza ġimgħa ta’ attivitajiet biex ifakkar Jum il Gudja, li inkludiet tqassim ta’ kotba lit-tfal, fun run, volleyball tournament, servizz ta’ testijiet mediċi, ħarġa għal Għawdex, wirja tal-karozzi, u wirja ta’ artiġġjanat. Bħalma għamel f’dawn l-aħħar snin, il-Kunsill ħa sehem ukoll fil-Lejla Sajfija b’kollaborazzjoni mal-parroċċa bħala parti minn dawn l-attivitajiet.

Tkompla x-xogħol minn Transport Malta fuq toroq residenzjali u arterjali ġewwa l-Gudja, li din is-sena inkludew Triq Ħal Luqa, Triq Ħal Tarxien, Triq Bur Ġlat u Triq Ġużeppi Gravina. B’hekk mil-lista ta’ toroq residenzjali li kellhom isiru mill-Gvern u Transport Malta jonqos biss Triq Toni Zammit u n-na]a t’isfel ta’ Vjal it-Torri, li skont il-programm ta’ xog]lijiet li kien pjana l-Gvern g]andhom isiru sa Awissu tas-sena d-die]la. Min-naħa tiegħu l-Kunsill lesta x-xogħlijiet fuq Triq l-Awrekarja, Triq il-Palma, Triq Ħal Resqun u Triq William Baker.

Din is-sena rajna wkoll ir-riforma fit-trasport pubbliku. Sfortunatament din ir-riforma għada ma laħqitx l-ambizzjonijiet u l-ħtiġijiet tal-poplu Gudjan, pero’ b’dispjaċir ninnota li l-Kunsill Lokali tagħna ma pparteċipa xejn fil-proċess ta’ konsultazzjoni li sar qabel kif kien fid-dmir li jagħmel. Taħdidiet ma’ Transport Malta, fejn qed inressqu l-ilmenti li kellna mir-residenti u nagħmlu s-suġġerimenti tagħna, għadhom għaddejjin, u ingħatajna kelma li f’Ottubru għandu jibda servizz dirett mill-Gudja u Ħal Għaxaq għall-Belt. Tajjeb li qed inressqu l-ilmenti issa, pero’ kien ikun ħafna aħjar li kieku pparteċipajna fil-proċess mill-bidu.

Il-Gvern kompla jżid l-għajnuna u l-finanzjament lill-Kunsilli Lokali, u permezz tal-Awtorita’ tad-Djar nieda għall-ewwel darba l-iskema “Insaħħu l-Komunita', Riġenerazzjoni fl-Oqsma tal-Binjiet tal-Gvern.” Permezz ta’ din l-iskema, il-Kunsill Lokali ħa jkun qed jirranġa l-inħawi ta’ madwar il-flats fiz-Zona Residenzjali tal-Mitħna, b’investiment mill-Gvern ċentrali ta’ 75,000.

Dan is-sajf, il-Kunsill Lokali, grazzi għas-Sur Stefan Caruana, organizza t-tieni kors tad-Drama għaż-żgħażagħ, li kien tkomplija tal-kors li sar is-sena l-oħra. Dan wassal biex iż-żgħażagħ parteċipanti tellgħu rappreżentazzjoni ġewwa t-Teatru Grieg tal-Ġnien Raymond Caruana. B’hekk filwaqt li noffru alternattiva edukattiva għaż-żgħażagħ, inkunu wkoll qed inqajmu kuxjena kulturali u nużaw parti tal-Ġnien li għal ħafna snin kienet abbandunata.

Dan is-sajf ukoll, fi ħdan il-Kunsill Lokali organizzajt it-tieni proġett għaż-żgħażagħ barra minn xtutna. Wara li s-sena l-oħra grupp ta’ 4 żgħażagħ telgħu għal ġimgħa ġewwa Praga fir-Repubblika Ċeka għal proġett fuq il-Kultura tar-Reliġjonijiet, din is-sena, grupp ta’ 18-il żgħażugħ u żgħażugħa telgħu għal ħdax-il ġurnata ġewwa Dryanovo fil-Bulgarija għal proġett bit-tema “it-Tradizzjoni u l-Modernita’: Pont ta’ Ħbiberija”. Dawn il-proġetti huma uħud mill-opportunitajiet siewja immens li nfetħu għaż-żgħażagħ tagħna grazzi għas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropeja, u jgħinuhom jiskopru u japprezzaw id-diversita’ kulturali li teżisti fil-pajjiżi ewropej. Għalhekk għandna nibqgħu nagħmlu ħilitna biex naraw li dawn l-opportunitajiet jinħatfu u nagħmlu l-aħjar użu minnhom.


                                                                                                                                 



Inġ. Mark Anthony Sammut
B.Eng.(Hons.); DipLCM
Kunsillier Lokali P.N.
30 ta’ Settembru, 2011

Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is