Skip to main content

B'viżjoni u b'għaqal

L-artiklu tiegħi li deher fin-Nazzjon tat-Tnejn 20 ta' Awissu, 2012



Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u l-fatt li aħna gżira, spiss naqgħu fin-nasba li ningħalqu fil-mentalita' insulari tagħna u ninsew inħarsu ftit x'qed jiġri madwarna. F'dinja daqstant globalizzata, fejn dak li jiġri fil-Ġermanja, fiċ-Ċina, fl-iStati Uniti, u f'kull parti oħra tad-dinja, jaffetwana mill-qrib, ma nistgħux inġibu ruħna bħal li kieku d-dinja ddur magħna biss.

Wisq nibża' li hekk qed jiġrilu l-Partit Laburista. Jitkellem fuq tkabbir ekonomiku bħal li kieku dan isir bil-maġija, jitkellem fuq l-ispiża tal-Gvern bħal li kieku din kienet xi bir bla qiegħ. Jirrispondi għal billboard fuq ix-xogħol b'billboard fuq tal-linja, bħal li kieku hawn xi ħadd jippreferi jagħmel ħames minuti jistenna biex jirreġistra milli nofs siegħa jistenna tal-linja. Jipprova jbellagħhielna li s-suċċess li qed tagħmel Malta qed jiġri biss b'kumbinazzjoni jew għax aħna iffortunati, li pajjiżna sejjer tajjeb "minkejja l-Gvern". Le, is-suċċess ta' pajjiżna la qed jiġri b'kumbinazzjoni u lanqas sempliċiment b'xorti tajba.

Naħseb li huma tnejn il-fatturi li żammew lil pajjiżna sod f'dan it-taqlib ekonomiku kollu. L-ewwelnett, l-għaqal u l-bżulija tal-ħaddiema, imprendituri u self-employed Maltin, li kellhom jagħmlu sagrifiċċji u li issa u 'l quddiem igawdu l-frott tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista dejjem wera fiduċja sħiħa fis-settur privat u fil-poplu innifsu, u din il-fiduċja dejjem issarfet fil-ħolqien tax-xogħol u l-ħolqien tal-ġid.

It-tieni fattur huwa bla dubju il-viżjoni tal-gvern. Viżjoni li ma bdietx illum imma snin ilu. Ftit biss wara l-elezzjoni tiegħu, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien fassal u nieda liema huwa l-investiment li ried jiġbed lejn pajjiżna u l-oqsma li fihom ried jara lil pajjiżna jeċċella: l-informatika u t-telekomunikazzjoni, is-settur finanzjarju, l-avjazzjoni, l-online-gaming, il-manifattura avvanzata bħall-farmaċewtika u s-settur turistiku. Illum dawn l-oqsma kibru, u kien grazzi għal fatt li dawn l-oqsma kienu fost lanqas li ntlaqtu mir-riċessjoni li kellna ekonomija li baqgħet tikber fil-ħolqien tax-xogħol.

Għalhekk, mihix b'kumbinazzjoni li Malta għanda waħda mill-inqas rati ta' qagħad fl-Ewropa. Mihiex b'kumbinazzjoni li Malta qiegħda tikseb rekord wara l-ieħor fil-qasam turistiku. Mihiex b'kumbinazzjoni li Malta tiġi l-ewwel fl-Ewropa fir-rata ta' żgħażagħ li jsibu xogħol relatat fl-ewwel xhur wara li jtemmu l-istudji tagħhom. Mihiex b'kumbinazzjoni li riċerkaturi fl-Universita' tagħna saru jagħmlu isem għalihom infushom fuq livell internazzjonali.

Mhux ta' b'xejn li l-Ministru Ġermaniż għall-Ewropa, Michael Link, fi żjara li għamel f'Malta sejjaħ lil pajjiżna bħala "ankra ta' stabbilita'", u bħala mudell ta' suċċess ekonomiku għal kumplament tal-Ewropa. Mhux ta' b'xejn li l-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani, sejjaħ dak li qed tagħmel Malta fl-oqsma tan-negozji żgħar u medji bħala "best-practice". Dan hu li nifhmu meta ngħidu li rridu npoġġu lil Malta fil-quċċata tal-Ewropa: Malta saret eżempju ta' prattika tajba għal kumplament tal-Ewropa, fejn ħaddieħor qed jiġi mħeġġeġ jikkupjana.

Altru milli b'kumbinazzjoni! Altru milli "minkejja l-Gvern"! Parti kbira mis-suċċess ta' pajjiżna huwa frott tal-viżjoni ta' fiduċja li dejjem kellhom gvernijiet nazzjonalisti fil-poplu tagħna, gvernijiet li kienu proattivi biżżejjed biex jifhmu minn snin qabel liema huma l-oqsma li pajjiżna jeħtieġ isaħħaħ u jitjieb fihom. Huwa din il-kwalita' ta' viżjoni li jeħtieġlu pajjiżna fis-snin li ġejjin biex ikun jista' jkompli jagħmel suċċess f'dinja globalizzata li qiegħda dejjem tinbidel b'rata iżjed mgħaġġla, viżjoni li dejjem offrielu l-Partit Nazzjonalista.


Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

Elezzjoni għal Viċi Kap

Nemmen li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ Viċi-Kap li jkompli jsaħħaħ il-proċess ta' tiġdid li għaddej minnu l-Partit stess, biex ikun jista' jkompli jwettaq il-bidliet pożittivi f'pajjiżna. Għalhekk kien ta' pjaċir għalija li nhar is-Sibt li għadda kont wieħed minn tal-ewwel li iffirmajt in-nomina ta' Dr. Simon Busuttil għal din il-kariga tant importanti. Nawguralu minn qalbi.