Skip to main content

Żgħażagħ Maltin lura minn festival tal-mużika fil-Bulgarija


Sitt żgħażagħ mill-Gudja li għandhom bejn is-16 u t-18-il sena kellhom l-opportunita' jipparteċipaw fil-Balkan Youth Festival ġewwa Sandanski fil-Bulgarija bejn is-6 u s-17 ta' Settembru, festival li fih jipparteċipaw eluf ta' żgħażagħ minn madwar id-dinja.

Din il-parteċipazzjoni kienet possibli grazzi għal proġett tal-Youth in Action iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, u li minnu ibbenefika l-Kunsill Lokali tal-Gudja flimkien ma' NGOs mill-Ingilterra, Estonja, Italja, Latvia, Rumanija u Turkija. Tul dan il-proġett, apparti li saru jafu l-mużika ta' pajjiżi differenti, kellhom anke' l-opportunita' jaħdmu fi gruppi fuq kompożizzjoni ta' mużika.

Nistedinkom taraw parti mill-video t'hawn isfel, u taraw kif dawn il-mużiċisti irnexxielhom iqajmu l-entużjażmu ta' folla żgħażagħ bħalhom permezz ta' diski tradizzjonali Maltin, minkejja li l-ewwel darba li dawn iż-żgħażagħ bdew idoqqu flimkien kien propju ftit tal-ġimgħat qabel telqu għal dan il-kunċert.


 


Minn raħal żgħir bħal Gudja, diġa' huma aktar minn 30 iż-żgħażagħ li ipparteċipaw f'xi proġett simili permezz tal-Kunsill Lokali. Huwa ta' sodisfazzjon li naraw li illum ħafna żgħażagħ qed igawdu minn opportunitajiet li qabel konna biss noħolmuhom. Minkejja li sa ftit tas-snin ilu kien hawn minn dawn l-opportunitajiet kien qed jiġġieled qatta' bla ħabel kontriehom, illum kburin li ħafna Maltin sabu fejn jimirħu, ikabbru t-talenti tagħhom, u jagħmlu suċċess, mingħajr ma jħossuhom inferjuri għal ħadd. 

Hawn huma ftit mill-kummenti ta' dawn iż-żgħażagħ wara din l-esperjenza:

"L-ewwel nett nixtieq nirrangrazzjak Mark tal-opportunità li tajtna li nirrapreżentaw il-Malta ġewwa l-Bulgarija. Kienet esperjenza li ħa tibqa mnaqqxa ġewwa fiha għal tul ħajti kollha fejn qattajt għaxart ijiem tal-ġenn ma ħafna nies minn pajjiżi u b'kulturi differenti. B'din l-oppurtinità tgħallimt bosta affarijiet ta' interss fuq pajjiżi diversi bħall-Bulgarija, l-Italja, l-Ingilterra, il-Maċedonja, il-Latvija, it-Turkija u l-Estonja filwaqt li sirt naf ħafna żgħażagħ oħra minn dawn il-pajjiżi u rnexxiela nikkomunikaw tant li għadna u ħa nibqgħu nagħmlu l-kuntatti permezz ta' Facebook. Li żgur nista' ngħid huwa li kull opportunità bħal din m'għandi qatt nitlifha anzi naħtafha mill-ewwel għax l-esperjenza li tieħu minnha hija waħda li ħadd m'għandu jitlef."

"Minn din l-esperjenza tant pjaċevoli, jien tgħallimt fuq diversi kulturi differenti. Din l-esperjenza waslitni biex għamilt ħbieb ġodda minn madwar l-Ewropa. Jien inħossni vera kburi ghaliex għamilt promozzjoni għal Malta u għaliex urejt it-talent u l-għamra għall-muzika barra minn xtutna. Bla dubju b’din l-esperjenza tgħallimt iktar naħdem fi grupp. Ma jistax jonqos li ngħid li din l-esperjenza għenitni nimmatura u nikber b’karattru sod u ddixiplinat. Ħadt pjaċir ħafna naqsam l-esperjenzi tiegħi ma nies barranin. Fl-aħħar mill-aħħar, nixtieq ngħid li din hija esperjenza li wieħed m’għandux jitlef għaliex tgħinek tikkomunika u ssir taf żgħażagħ bħalna minn kulturi differenti. Grazzi talli tajtuni din l-opportunita’. Din hija waħda mill-isbaħ esperjenzi li bla dubju ser tibqa’ f’qalbi."

"Aw Mark. Nixtieq ngħidlek prosit u grazzi ħafna talli tajtni l-opportunita li nitla' l-Bulgarija. Ħadna ħafna pjaċir u qbilna wkoll bħala grupp! Grazzi ħafna!"

"My experience in Bulgaria was amazing. First it was wonderful how Maltese music was welcomed in Bulgaria, but not only. Some people have found me on Facebook and asked me for the original versions of the songs because they really liked them, mostly “L-aħħar Bidwi f’ Wied il-Għasel” and “Il-Bajja tal-Mellieħa". The second thing that I appreciated is the different cultures of countries. The most thing, but that I liked the most is the amount of new friends I made from different countries. I recommend to all teenagers that if they have the chance for a similar opportunity, they immediately take it."

"L-għan ta' din l-attivita' kien li nitħalltu ma' pajjiżi differenti, nies differenti u kulturi differenti sabiex nitgħallmu dwar kulturi u pajjiżi kif ukoll tradizzjonijiet ġodda ta' pajjiżi oħra. Li titgħallem dwar dawn il-kulturi huwa l-ewwel pass sabiex tissaħħaħ it-tolleranza li għandu jkollna lejn kulturi differenti minna, sabiex ma nibżgħux minn dawn il-kulturi li forsi huma ġodda għalina u anke nneħħu xi sterjotipi li għandna f'moħħna dwar xi kulturi. Il-parteċipazzjoni tagħna fil-'workshops' organizzati għenuna sabiex nintegraw sew mal-grupp u għamilna diversi ħbieb ġodda. Il-ħinijiet informali ta' waqt l-ikel u l-attivitajiet soċjali ta filgħaxija komplew jgħinuna nsiru nafu lill-parteċipanti l-oħra aħjar. Lejla minnhom kull pajjiż ippreżenta video u xi ritratti tal-pajjiż rispettiv, kif ukoll lesta mejda b'ikel tradizzjonali. Bħala ikel għażilna affarijiet bhall-Ħelwa tat-Tork, galletti, żebbuġ mimli u x-xarba Maltija 'Kinnie' fost l-oħrajn. Żorna wkoll raħal tradizzjonali Bulgaru li jġib l-isem ta' Melnik, fejn rajna diversi bini antik, u tradizzjonijiet karatteristiċi ta' dan ir-raħal, fosthom il-produzzjoni tal-inbid permess tat-tagħsir tal-għeneb fil-kantini tad-djar tan-nies tal-post. L-għan l-ieħor kien li nipparteċipaw f'festival (Balkan Youth Festival). F'dan il-festival kull pajjiż ipprepara xi siltiet mużikali, bil-maġġoranza jduru fuq il-genre tar-Rock/Heavy Metal. Aħna bħala grupp iddeċidejna li ndoqqu diski tradizzjonali Maltin, bħal 'Il-Bajja tal-Mellieħa', 'Xemx', 'L-Aħħar Bidwi f' Wied il-Għasel' u xi siltiet oħra. Nista' ngħid li dawn is-siltiet intlaqgħu sew ma min kien qed isegwi l-kunċert. Nikkonkludi billi ngħid li f'dawn l-għaxart ijiem li għaddejna ġewwa Sandanski l-Bulgarija tgħallimt ħafna dwar kif għandna nikkomunikaw ma' nies li jitkellmu b'ilsien differenti, tgħallimt iktar dwar il-mużika u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjeta', kif ukoll dwar it-tolleranza li għandu jkollna lejn kulturi differenti."
 


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is