Skip to main content

Intervistat mill-Media Link


Din il-ġimgħa kont intervista minn Gabriel Ellul, ġurnalist tal-Media Link. Din l-intervista dehret fin-Nazzjon ta' nhar it-Tlieta 23 ta' Ottubru, fuq is-sit elettroniku maltarightnow.com, kif ukoll fuq Radio 101 u Net TV. Tistgħu taqraw l-intervista hawnhekk (jew tagħfsu hawn għal link oriġinali), jew taraw video tal-parti tal-intervista li xxandret waqt l-aħbarijiet:




Għaż-żagħżugħ Mark Anthony Sammut, kandidat ġdid tal-Partit Nazzjonalista fuq ir-raba' distrett, il-Partit Nazzjonalista huwa dak il-partit li fetaħ il-bibien għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Huwa l-partit li tana l-għażla biex inkunu nistgħu nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħna.

X'tgħidilna dwarek?
Jiena żagħżugħ ta' 26 sena. F'ħajti nipprova nkun attiv u enerġetiku ħafna u nipprova nagħti sehmi f'numru kbir ta' għaqdiet u attivitajiet. Naħdem bħala inġinier ma' kumpanija fil-qasam tat-telekomunikazzjoni. Gradwajt fl-2008 u bħalissa qed insegwi kors ta' Masters. Jiena wkoll kunsillier fil-lokalità tiegħi, dik tal-Gudja. Ili kunsillier għal dawn l-aħħar sitt snin u nofs.
Bħala passatempi nħobb naqra u nsiefer. Inħobb ukoll il-mużika u filfatt għandi wkoll diploma fil-pjanu. Inħobb ukoll l-isport, speċjalment il-ġiri u t-triathlon. Se nkun qed nikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss, bħala kandidat ġdid tal-Partit Nazzjonalista, fuq ir-raba' distrett. Se nkun qed nikkontesta wkoll fl-elezzjoni lokali tal-Gudja.
Għaliex għażilt lil Partit Nazzjonalista bħala l-partit tiegħek?

Għażilt lil Partit Nazzjonalista għax huwa l-partit li tana l-għażla. Huwa dak il-partit li jemmen li l-individwu għandu jkollu l-għażla biex jfassal ħajtu u jagħmel minna dak li jrid hu.

Jien ġej minn ġenerazzjoni li sabet ħafna bibien mifuħa. Ġej minn ġenerazzjoni ta' opportunitajiet. Għandna l-għażla li nixtru dak li rridu, li nistudjaw dak li nixtiequ aħna, li nippjanaw u nilħqu l-aspirazzjonijiet għal futur tagħna.
Naħseb dan kollu jiddistingwi lil Partit Nazzjonalista mill-Malta Labour Party. Il-Partit Nazzjonalista dejjem wera fiduċja fil-kapaċitajiet tal-individwu. Il-Partit Nazzjonalista huwa kontra d-dittatura tal-istat.

Kif bdejt tagħti sehmek fil-partit?

Fil-Gudja minn dejjem kont involut f'ħafna għaqdiet. Tajt sehmi fil-grupp tal-abbatini, fil-grupp taż-żgħażagħ, fin-nursery tal-football, fejn kont kemm plejer kif ukoll kowċ. Naħdem ukoll fil-grupp tal-festa.

Meta ġejt mistieden biex nikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fl-2006, bħal stajt inkompli nagħti sehmi fil-Gudja iżda b'mod differenti. Ġejt elett mal-ewwel darba, bħala l-uniku kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità. F'dan l-istess żmien, sirt ukoll membru tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja.

F'dawn l-aħħar sitt snin, b'liema mod tajt sehmek fil-lokalità tal-Gudja bħala kunsillier?

Kemm jista' jkun, pruvajt naħdem bis-sħiħ mal-kunsillieri sħabi, minkejja d-differenzi tagħna fil-politika. Ħdimt fost oħrajn fil-qasam tal-isports. Bdejna kors tal-aerobics, bħala parti minn inizjattiva biex inħeġġu lit-tfal jibqgħu attivi anke wara l-ħin tal-iskola. Għamilna wkoll programm għaż-żgħażagħ, dak tal-Youths on the Move, bl-għajnuna tal-KMS.

Ipparteċipajna wkoll f'erba' proġetti tal-Unjoni Ewropea ta' skambji taż-żgħażagħ. Għal dawn il-proġetti s'issa ipparteċipaw 30 żgħażugħ u żgħażugħa mill-Gudja.

Inti kandidat ġdid, kandidat żagħżugħ. Għaliex għażilt li tikkontesta din l-elezzjoni f'isem dan il-partit?

L-involviment tiegħi fil-politika beda permezz tal-Kunsilli Lokali. Kien imbagħad il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li stedinni nikkontesta l-elezzjoni ġenerali bħala kandidat ġdid tal-partit.

Għamilt dan il-pass għax nemmen f'Malta aħjar, f'Partit Nazzjonalista aħjar. Irrid inkun ta' kontribut għall-oħrajn. Irrid nagħti l-kontribut tiegħi biex il-Partit Nazzjonalista jibqa' jagħmel dawk l-għażliet li dejjem mexxew lil Malta 'l quddiem.

U kif tħares lejn il-fatt li inti sirt kandidat ġdid? Tħares lejn din bħala sfida jew opportunità?

Ovvjament, mhux faċli li ssir kandidat ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Hija xi ħaġa li teħodlok ħafna ħin u nħares lejha bħala missjoni, li tagħti l-kontribut tiegħek.
Imma fuq kollox, qed inħares lejn il-kandidatura tiegħi bħala esperjenza, esperjenza li tlaqqgħek man-nies u li tgħallmek.

Jekk tkun elett, bħala deputat ġdid fil-Parlament, fuq xiex tixtieq taħdem?

Bla dubju, nixtieq naħdem fuq dawk l-oqsma li l-iktar li missejt magħhom. Nixtieq insarraf il-ħidma tiegħi fuq iż-żgħażagħ bħali. Nixtieq ukoll niffoka fuq l-isport u l-edukazzjoni.

Nemmen li, bħala Gvern, għandna nkomplu naraw kif noħolqu iktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin, fil-livelli kollha. Hemm bżonn li aħna ż-żgħażagħ nibqgħu ngawdu minn scholarships, minn taħriġ bażiku, minn taħriġ vokazzjonali, minn dak kollu li jista' jgħinna biex nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħna għal futur.

Però, mhux hekk biss. Huwa importanti wkoll li nagħtu kas ta' dak li qed jiġri barra l-ħin tal-iskola. Hemm bżonn inqajjmu iktar dak l-element ta' sport u volontarjat. Il-ħajja sabiħa ħafna u jiddispjaċini meta nisma' b'żgħażagħ li jżommu lura milli jipparteċipaw, milli jagħtu sehemhom fis-soċjetà, iktar u iktar meta dawn l-istess żgħażagħ jispiċċaw jaqgħu fil-vizzji.

Dan kollu apparti l-kontribut li nixtieq nagħti fis-sostennibilità tar-riżorsi tagħna: l-ambjent, l-enerġija, l-ilma. Bl-esperjenza tiegħi bħala inġinier, irrid ngħin biex pajjiżna jkompli jħabbrek f'dawn l-oqsma wkoll. Dan minbarra li, bl-esperjenza tiegħi fil-mużika, nixtieq nagħti sehmi wkoll f'oqsma tal-kultura.

Kif tista' tara, hemm ħafna affarijiet li jinteressawni. Naħseb li dan huwa importanti, għax bis-saħħa t'hekk, tkun tista' toffri l-aqwa kontribut, jekk tkun elett fil-politika.

Il-fatt li inti żgħażugħ, taħseb li dan se jgħinnek biex tagħti sehmek fil-politika? Jew taħseb li dan jaf ikun ta' tfixkil?

Is-sehem taż-żgħażagħ huwa importanti ħafna, f'kull qasam tal-ħajja, speċjalment fil-politika. Nemmen li aħna ż-żgħażagħ kapaċi noffru dik il-perspettiva l-ġdida, dawk l-ideat ġodda. Forsi ż-żgħażagħ kapaċi jifhmu iktar 'il ġenerazzjonijiet ġodda u kapaċi jemmnu ħafna f'ideal partikolari. Nemmen li dan ikompli jixpruna l-ħidma taż-żgħażagħ u joffri lil politika dik l-enerġija ġdida.

Imma taħseb li ż-żgħażagħ tal-lum tinteressahom il-politika?

Naħseb li dak li kien qed jiġri f'dawn l-aħħar snin imbutta ħafna persuni 'l bogħod mill-politika, b'mod speċjali liż-żgħażagħ. Naħseb li ż-żgħażagħ ifittxu ħafna l-ġenwinità. Għalhekk hemm bżonn ta' iktar nies ġenwini fil-politika, biex joffru sehem sinċier fil-politika.

Għandek xi messaġġ partikolari li tixtieq toffri lil poplu Malti?

Għandna nkunu kburin bil-mod kif pajjiżna mexa 'l quddiem. Naraw kif pajjiżi oħra jirreferu għalina bħala xempju ekonomiku. Jarawna mudell għal pajjiżi oħrajn fl-Ewropa. Biss, l-isfidi għadhom u se jibqgħu ġejjin u nemmen li hemm bżonn ta' tmexxija għaqlija biex ma nitilfgħux dak kollu li ksibna flimkien.

Il-Partit Nazzjonalista kien dak il-partit li dejjem wera viżjoni jew għaqal biex il-ġenerazzjonijiet li jmiss jiksbu l-opportunitajiet neċessarji biex jirnexxu. Fid-dinja li qed ngħixu fiha, il-pajjiż għandu bżonn din il-viżjoni, dan l-għaqal. Il-pajjiż għandu bżonn lil Partit Nazzjonalista.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is