Skip to main content

Rapport ta’ ħidma fil-Kunsill Lokali tal-Gudja (Ottubru 2011 – Ottubru 2012)

Dan hu r-rapport ta' ħidma tiegħi li ppreżentajt fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja:



Din is-sena, permezz ta’ skema maħruġa mill-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, il-Kunsill ibbenefika minn finanzjament ta’ 4,000 biex komplejna l-attivita’ ta’ After School Sports għat-tfal tal-Primarja, kif ukoll komplejna nifirxu l-attivita’ sportiva anke’ għall-adulti b’korsijiet tal-Aerobika, Pilates u Zumba, u Sports for All. Dion kienet somma rekord li l-Kunsill ħa fil-qasam sportiv li jien responsabbli minnu. Grazzi għal dawn il-fondi, il-Kunsill għar-raba’ sena konsekuttiva issa beda l-programm ta’ sports wara l-ħin tal-iskola għat-tfal tal-primarja, liema programm din is-sena applikaw għalih 31 student u studenta, numru rekord ta’ parteċipanti speċjalment għal raħal żgħir bħal tagħna fejn in-numru ta’ tfal fl-iskola qiegħed dejjem jonqos. Saru wkoll korsijiet ta’ Pilates għal adulti, kif ukoll l-inizjattiva ġdida ta’ Sports for All. F’din l-inizjattiva, użajna l-ftehim tal-PPP li konna ffirmajna mal-Gudja Utd. F.C. is-sena l-oħra, u hemmhekk organizzajna sensiela ta’ sessjonijiet fejn waqt li kien hemm l-Aerobika u l-Pilates għaddejjin għall-adulti, kien hemm attivitajiet ta’ Fun Games u Ċikliżmu għat-tfal. B’hekk ġenituri setgħu jattendu filwaqt li jserħu moħħhom li uliedhom qegħdin jipparteċipaw f’attivitajiet simili fl-istess ħin u lok. Attivita’ oħra sportivi kienet il-Fun Run & Bike Ride li saret bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Gudja u li fiha nġabru fondi għal Puttinu Cares. Għat-tieni darba saru wkoll sensiela ta’ events sportivi, b’kollaborazzjoni mal-Agones SFC, li kienu jinkludu Trail Run fil-kampanja, Cycling Time-Trial, Night Cross-Country Cycle, u Duathlon, li raw il-parteċipazzjoni ta’ diversi żgħażagħ u adulti anke’ minn barra l-Gudja. Grazzi għal din il-kollaborazzjoni, għall-ewwel darba waħda mit-tlielaq tal-Kampjonat tal-Mountain Bikes saret ukoll ġewwa l-ambjent rurali li jdawwar il-Gudja.

Dan is-sajf ukoll, fi ħdan il-Kunsill Lokali organizzajt ir-raba’ proġett għaż-żgħażagħ barra minn xtutna. L-iskambju ta’ din is-sena sar ma’ organizzazzjoni Bulgara ġewwa Sandanski fi proġett intitolat Youth European Synergy. Grazzi għal dan il-proġett, grupp ta’ 6 mużiċisti żgħażagħ ipparteċipaw fil-Balkan Youth Festival, li huwa festival ta’ mużika internazzjonali. Għalkemm laqqajna lil dawn iż-żgħażagħ fi ftit ġimgħat qabel il-proġett, irnexxielhom itellgħu prodott verament tajjeb ta’ medley ta’ diski Maltin maqlubin fuq stil Rock u Pop. Dawn il-proġetti huma uħud mill-opportunitajiet siewja immens li nfetħu għaż-żgħażagħ tagħna grazzi għas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropeja, u jgħinuhom jiskopru u japprezzaw id-diversita’ kulturali li teżisti fil-pajjiżi ewropej. Għalhekk għandna nibqgħu nagħmlu ħilitna biex naraw li dawn l-opportunitajiet jinħatfu u nagħmlu l-aħjar użu minnhom. Barra minn hekk, qed naraw ukoll kif dak li jieħdu minn hemm ikompluh anke’ ġewwa l-Gudja, u għalhekk stedinna lil dawn iż-żgħażagħ biex jipparteċipaw mużikalment fil-villaġġ tal-Milied li jkonna fir-raħal tagħna.

Il-Gvern kompla jżid l-għajnuna u l-finanzjament lill-Kunsilli Lokali, u permezz tal-Awtorita’ tad-Djar u l-iskema “Insaħħu l-Komunita', Riġenerazzjoni fl-Oqsma tal-Binjiet tal-Gvern.” Permezz ta’ din l-iskema, il-Kunsill Lokali irranġa l-inħawi ta’ madwar il-flats fiz-Zona Residenzjali tal-Mitħna, b’investiment mill-Gvern ċentrali ta’ 75,000.

Dan is-sajf, il-Kunsill Lokali reġa’ organizza kors tad-Drama għaż-żgħażagħ, li kien tkomplija tal-kors li sar is-sena l-oħra. Dan wassal biex iż-żgħażagħ parteċipanti tellgħu rappreżentazzjoni ġewwa t-Teatru Grieg tal-Ġnien Raymond Caruana. B’hekk filwaqt li noffru alternattiva edukattiva għaż-żgħażagħ, inkunu wkoll qed inqajmu kuxjena kulturali u nkomplu nagħmlu użu anke minn parti tal-Ġnien li għal ħafna snin kienet abbandunata. Apparti minn hekk, grazzi għal kofinanzjament mill-Aġenzija Żgħażagħ, ħadt l-inizjattiva biex tmien żgħażagħ mill-Gudja jsegwu kors ta’ taħriġ fit-tmexxija.

Proġett ieħor li ngħatajt ir-responsabbilita’ għalih kien l-applikazzjoni ta’ skema ta’ parkeġġ residenzjali għal toroq fil-Gudja li jinsabu biswit l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dawn it-torqo huma milquta minn problema ta’ influss kontinwu ta’ karozzi li jitħallew hemm għal żminijiet twal, bid-dannu li r-residenti ma jsibux parking. Wara diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ Transport Malta, irnexxielna nġibu permess għal skema ta’ timed-parking għal dawk il-karozzi li ma jkunux jappartjenu lir-residenti f’ċerti ħinijiet matul il-ġurnata. Din l-iskema l-ewwel ħa titħaddem għal tliet xhur bi prova, imbagħad tkun tista’ tiġi reviża skont il-‘feedback’ li jkun hemm.

Il-Kunsill din is-sena reġa’ organizza ġimgħa ta’ attivitajiet biex ifakkar Jum il Gudja, li inkludiet tqassim ta’ kotba lit-tfal, fun run, volleyball tournament, servizz ta’ testijiet mediċi, ħarġa għal Għawdex, wirja tal-karozzi, u wirja ta’ artiġġjanat. Bħalma għamel f’dawn l-aħħar snin, il-Kunsill ħa sehem ukoll fil-Lejla Sajfija b’kollaborazzjoni mal-parroċċa bħala parti minn dawn l-attivitajiet. Sfortunatament din is-sena, din l-attivita’ kienet imtappna mill-aġir partiġġjan tal-kunsilliera tal-Partit Laburista. Wara li l-organizzaturi kienu laħqu ftehim mas-Sur Ronald Briffa biex ikun il-preżentatur tal-attivita’, kien anke’ tniżżel fil-programm, u kien anke’ ġie approvat mill-Kunsill, f’laqgħa 9 ijiem biss qabel l-attivita’, żewġ kunsilliera Laburisti talbu li dan il-preżentatur ma jitħalliex jippreżenta bl-iskuża li xtaqu lil xi ħadd mill-Gudja. Email li ntbagħtet mill-Kunsillier Osvaldo Pace lill-Kunsill Lokali wara din il-laqgħa, tikxef li din kienet biss skuża. Dan l-għaliex f’din l-email, is-Sur Pace bagħat lista ta’ preżentaturi minn fejn is-Segretarju tal-Kunsill kellu jagħżel. Din il-lista ta’ preżentaturi ma kienet tinvolvi lil ħadd mill-Gudja, imma kienet biss lista mibgħuta minn Ray Azzopardi ta’ preżentaturi li jagħmlu programmi fuq One TV u One Radio. Daqshekk hu moderat u progressiv il-Partit Laburista. Ir-riżultat aħħari kien li filwaqt li għal Ħadd imbagħad il-Kunsill irnexxielu jsib lil xi ħadd mill-Gudja, għas-Sibt l-organizzaturi spiċċaw tħallew mingħajr preżentatur minħabba l-ebusija tar-ras u l-fanatiżmu ta’ kunsilliera li suppost iġibu l-interessi tar-raħal qabel l-interessi partiġġjani tagħhom.

Nagħlaq billi nirringrazzja lill-Kumitat tal-appoġġ u l-koperazzjoni li dejjem insib minn għandhom waqt il-qadi tal-ħidma tiegħi fil-Kunsill Lokali tal-Gudja.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is