Skip to main content

Aġir verament 'progressiv u moderat'!

Għalkemm mhux soltu noqgħod naħli l-ħin nattakka l-aġir ta' ċertu nies, u normalment dejjem nipprova nfittex il-koperazzjoni anke' ma' min ma jaqbilx politikament miegħi, ma nistax inħalli imġieba diskriminatorja u fl-opinjoni tiegħi inġusta, tgħaddi mingħajr ma nikkummenta fuqha.

Il-Kunsill Lokali tal-Gudja li nagħmel parti minnu, bħalma għamel fi snin oħra, ħa sehem f'kollaborazzjoni mal-parroċċa fl-attivita' ta' Lejla Sajfia waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Gudja. Attivita' li tgħaqqad lill-komunita' tal-Gudja flimkien f'attivitajiet varji li jsiru f'ġimgħa sħiħa.

Sfortunatament din is-sena, din l-attivita’ kienet imtappna mill-aġir partiġġjan ta' kunsilliera tal-Partit Laburista. L-organizzaturi tal-attivita' kienu diġa' għamlu l-arranġamenti neċessarji minn xhur qabel, u bħas-sena l-oħra laħqu ftehim mas-Sur Ronald Briffa biex jippreżenta din l-attivita'. Dan kien anke’ tniżżel fil-programm li tqassam f'kull dar, wara li dan l-istess programm ġie approvat mill-Kunsill.

Ħabta u sabta, f’laqgħa li saret disat ijiem biss qabel l-attivita’, żewġ kunsilliera Laburisti talbu li dan il-preżentatur ma jitħalliex jippreżenta bl-iskuża li xtaqu lil xi ħadd mill-Gudja. Din mill-ewwel dehret li kienet biss skuża, għax mihiex normali li preżentatur jitbiddel ftit ġranet biss qabel attivita'. Email li ntbagħtet mill-Kunsillier Osvaldo Pace lill-Kunsill Lokali wara din il-laqgħa, tikxef x'kienet ir-raġuni vera għal din it-talba. Dan l-għaliex f’din l-email, is-Sur Pace bagħat lista ta’ preżentaturi minn fejn is-Segretarju tal-Kunsill kellu jagħżel. Din il-lista ta’ preżentaturi ma kienet tinvolvi lil ħadd mill-Gudja, imma kienet biss lista mibgħuta minn Ray Azzopardi, uffiċjal tal-Partit Laburista, ta’ preżentaturi li jagħmlu programmi fuq One Radio.

Aġir verament moderat u progressiv. Jew aħjar, aġir ta' partiġġjaniżmu fanatiku. Forsi dan hu l-mod ta' kif il-Partit Laburista ser jagħżel min hu kwalifikat jew le biex jaħdem miegħu, kif qaltilna tant tajjeb l-Onor. Helena Dalli? Dan hu l-futur li jgħaqqadna? Kif il-Partit Laburista jaġixxi f'Kunsilli Lokali huwa mera ta' kif jaġixxi li kellu jkun fil-Gvern.

Ir-riżultat aħħari ta' din l-ebusija tar-ras kienet li filwaqt li għas-serata tal-Ħadd, fl-aħħar ħin il-Kunsill irnexxielu jsib lil xi ħadd mill-Gudja, għas-serata tas-Sibt l-organizzaturi spiċċaw tħallew mingħajr preżentatur. Ir-riżultat aħħari kien li grazzi għal fanatiżmu ta’ kunsilliera li suppost iġibu l-interessi tar-raħal qabel l-interessi partiġġjani tagħhom, batew in-nies li organizzaw din l-attivita', waħda mill-ftit attivitajiet fejn il-komunita' tingħaqad flimkien.


L-email mibgħuta mill-Kunsillier Osvaldo Pace


L-email annessa mal-email tal-Kunsillier Pace, li fiha Ray Azzopardi minn One bagħat il-lista ta' preżentaturi minn fejn il-Kunsill kellu jagħżel
 
Il-lista ta' preżentaturi li l-Kunsillier Pace ried li l-Kunsill jagħżel minnhom, hekk kif mibgħuta minn Ray Azzopardi. Kif wieħed jista' jobsor, ħadd minnhom mhu mill-Gudja, u l-unika ħaġa li tgħaqqadhom hija li kellhom jew għandhom xi programm fuq il-media tal-One

Comments

  1. Osvaldo Pace
    Normalment ma nikkumentax fuq Facebook imma ga la darba is-sur Sammut oghgbu jghawweg il-fatti kif joghgob lilu , r-residenti tal-Gudja haqqhom ikunu jafu l-fatti sew. Nibda billi nghid li din l-attivita hallasa kollha l-kunsill lokali u l-kunsill ma kienx informat min ser ikunu l-kantanti u l-prezentaturi Dan sirna nafuh biss wara li hareg il-programm ghaldaqstant l-ewwel laqgha tal-kunsill li kien hemm saret diskussjoni fuq din l-attivita u l-kunsill qabel b'mod unanimu li l-prezentatur ma kellux ikun is-sur Ronald Briffa mhux ghax ikun fuq Net TV izda ghax ridna lil xi hadd mill-Gudja. Issa nispera li ta lanqas naqblu li l-ewwel obligu taghna hu li nipromwovu talent Gudjan imma mid-dehra l-kandidat il-gdid tal-PN jew ma jaqbilx jew irrid jispinja l-istorja. Inkompli bil-fatti halli kullhadd ikun jar x gara u imbghad jiggudika hu. Ta min jghid ukoll li dak inhar is-Sur Sammut ma kienx attenda ghal laqgha tal-kunsill izda hu xorta dehrlu li jrid ibeddel id-decizjoni tal-maggoranza assoluta barra l-mejda tal-kunsill. Il-veru kas ta bniedem li jemmen fid-demokrazija Eh u ma nehodiex bi kbira biex ihassar din it-twegiba kif jaghmel ta spiss li shabi l-kunsilliera meta jwegbuh fuq xi post tieghu. Dan hu s-Sur sammut il-politiku b'wicc gdid tal-PN. Insomma wara li giet ikkuntatjata s-Sinjorina Caroline Galdes biex tiprezenta l-programm u hi accetat, gara li ftit granet wara informat lis-segretarju esekuttiv li ma settatx tipprezenta fil-gurnata tal-Hadd ghal daqstant wara li gejt mitlub sabiex insib prezentatur alternattiv jien ikkuntatjajt lis-sur Ray Azzopardi l-unika persuna li naf li qieghed f'dan is-settur u ghandu kuntat dirett mal-prezentaturi sabiex jghina insibu prezentatur malajr, is-sur Azzopardi baghtli lista u jien ghaddejta lis-segretarju esekuttiv. Tant kemm ma kienx hemm agenda politika mohbija illi jiena stess fl-email tieghi ghamilt in copy lis-Sur Sammut. Nahseb kont car bizzejjed u ma ghandiex ghalfejn nisthi ghax l-ghagir tieghi u ta shabi kien korrett ghal kollox. Nahseb li Sur Sammut ikkontradixxa lilu nifsu fuq dak li kiteb ghaliex biex wettaq dak li kiteb fil-programm ta hidma tieghu ghal-2011/2012 zgur li ma konniex partigjani u l-anqas fixkilnih fix-xoghol tieghu allavolja qieghed f'minoranza s-Sur Sammut din hi l-politika progressiva u moderata u mhux li tis-spinja storja li ma tezistiex biex forsi tiehu naqra popolarita politika ma tal-qalba, din ma hi xejn hlief politika tal-passat

    ReplyDelete
    Replies
    1. Gidba 1: Ma kontx ikkupjajt fl-email kif kulhadd jista' jara fil-kopja li tellajt. L-email intbaghtet biss il-Kunsill, u sirt naf biha granet wara meta tlabt li nara l-email tal-Kunsill kif ghandi dritt naghmel.

      Gidba 2: Is-Sindku u l-Vici-Sindku stess harguk ta' giddieb, ghax fil-laqgha ta' wara qalu li lanqas biss kienu jafu b'din il-lista, u mhux vera li qablu li Ron ma jithalliex jipprezenta jekk ma tinstabx persuna mill-Gudja. Huma stess kixfu l-agenda mohbija tieghek.

      Id-demokrazija ma tfissirx li l-maggoranza taghmel li trid a skapitu li hallejtu organizzaturi minghajr prezentatur. Dik id-demokrazija li temmen biha int u fanatici bhalek.

      Il-vera giddieba kulhadd jaf jaghraf min kienu: dawk li ghamlu li setghu biex hassru attivita' imbaghad lanqas biss attendew ghaliha f'gimgha shiha ta' attivitajiet.

      U kif tista' tara, le ma nhassarx posts sakemm ma jkunx fihom kliem dispreggativ, ikun kemm ikun bazwi l-argument.

      Delete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is