Skip to main content

26 sena mill-qtil politiku ta' Raymond Caruana

Illum jaħbat is-26 sena anniversarju mill-qtil politiku ta' Raymond Caruana fil-Gudja. Qiegħed nerġa' ntella' d-diskors li għamilt is-sena l-oħra fil-kommemorazzjoni li kienet saret mill-Partit Nazzjonalista f'għeluq il-25 sena mill-inċidenti ta' vjolenza politika li kienu seħħew fl-aħħar tal-1987, fuq il-kultura tal-liberta'.





Onorevoli Prim Ministru, Segretarju Ġenerali, President Emeritus, sinjuri,

Il-liberta’ u d-demokrazija. Valuri li għalihom popli sħaħ issieltu u bnedmin xerrdu demmhom. Forsi għall-ġenerazzjoni tiegħi, ġenerazzjoni li għexet u kibret fl-era tal-internet, tal-pluraliżmu u tas-suq ħieles, ġenerazzjoni li sabet opportunitajiet edukattivi kbar miftuħa quddiemha, huwa diffiċli napprezzaw il-prezz li din il-liberta’ swietna. Għal xi wħud minna, forsi kienu biss l-avvenimenti riċenti li seħħew fid-dinja Għarbija li għenuna napprezzaw kemm aħna xortina tajba li ngħixu f’pajjiż demokratiku, fejn il-libertajiet fundamentali tal-bniedem huma mħarsa. Pero t-triq għal-liberta’ fl-ebda pajjiż fid-dinja ma kienet waħda faċli. U Malta ma kinetx eċċezzjoni. Anke’ f’pajjiżna din il-liberta’ swiet il-ħajja ta’ wieħed minn ħutna.

U għalhekk, quddiem dan il-prezz għoli li tħallas biex illum aħna nistgħu ngawdu minn din il-liberta’, ir-responsabbilta' tagħna biex inkomplu nħarsu u nsaħħu dawn il-valuri tikber. Qed ngħixu f’soċjeta’ li iżjed ma timxi ‘l quddiem, iżjed tkompli tfittex libertajiet ġodda. U għalhekk, jekk ma nagħrfux inżewġu l-liberta' u d-demokrazija, dawn iż-żewġ valuri jafu maż-żmien jinfirdu. Għax id-demokrazija, jekk ma tagħrafx biżżejjed il-liberta’ tal-individwu, tista’ tibda timponi dak li jrid min qiegħed fil-poter, kif kien qed jiġri propju 25 sena ilu, tista’ issir saħansitra dittatorjali. Mill-banda l-oħra, il-liberta’, jekk ma tirrispettax biżżejjed il-ġid komuni u l-liberta' ta' ħaddieħor, tista’ ssir anarkika u anti-demokratika.

Ħafna drabi nassoċjaw mad-demokrazija d-dritt tal-vot lil kulħadd, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, it-tmexxija mill-maġġoranza, il-pluraliżmu, il-liberta’ tal-espressjoni u d-drittijiet ċivili. Pero' nemmen li d-demokrazija ma tikkonsistix biss f'dawn. Biex id-demokrazija tkompli tiżviluppa u timxi ‘l quddiem, biex id-demokrazija tkun verament sana u tiggarantixxi l-liberta’ ta’ kulħadd, trid tkun demokrazija li ssostni d-drittijiet u l-parteċipazzjoni ta' kulħadd, u dan ifisser anke' d-dmirijiet ta’ kull individwu biex iseddaq il-liberta' ta' ħaddieħor. Kemm id-drittijiet u anke d-dmirijiet. Għax jekk il-bniedem, biex ikun iżjed liberu, ifittex id-drittijiet individwali tiegħu biss, u jinsa d-dmirijiet li hu għandu lejn l-istat u lejn il-komunita’ li jgħix fiha u lejn id-drittijiet tal-membri l-oħrajn ta' dik il-komunita', jibda jintilef l-irbit tant essenzjali bejn il-liberta’ tal-individwu u d-demokrazija. Għalhekk nemmen li fl-iżvilupp demokratiku tagħna, jeħtieġ nagħrfu nfittxu li niggarantixxu l-liberta’ individwali lil kull bniedem sakemm din ma tafettwax il-liberta' ta' ħaddieħor, liberta’ li tħallilu l-bibien miftuħin quddiemu, u li ma xxeklux milli jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu. Anzi, din il-liberta’ stess tkun il-fjamma li l-individwu tħeġġu jimxi ‘l quddiem u jfittex opportunitajiet ġodda. Opportunitajiet li jkunu hemm, b’mod ugwali, għal kulħadd, biex kulħadd ikollu d-dritt li jikber u jiżviluppa. Hija biss demokrazija ibbażata fuq il-meritokrazija li twassal għal vera ugwaljanza ta' opportunitajiet u ġustizzja soċjali. Irridu mmorru lil hemm mit-twemmin li l-istat irid jaħsbilna għal kollox. L-istat irid jiftħilna beraħ l-opportunitajiet għal kulħadd, imma huma l-individwi liberi li jridu jaspiraw għalihom. L-individwu għandu jkollu l-liberta’ li jeċċella, il-liberta’ li jaspira, il-liberta’ li jista’ joħlom u jħares ‘il quddiem mingħajr xkiel, imma mhux isir liberu minn dmirijietu lejn id-drittijiet ta' ħaddieħor u mir-responsabbiltajiet tiegħu lejn il-komunita' sħiħa.

Huwa f’demokrazija li tippremja lil min jaħdem u lil min jerfa' dmirijietu, f’qafas ta’ meritokrazija, li l-Malti liberu jista’ jilħaq l-aspirazzjonijiet u l-ħolm li Maltin oħra twaqqfu fil-fjur ta' żgħożithom milli jilħqu, minn min kien ħaseb li seta' joħnoq iż-żerriegħa tal-liberta' li hemm tgħajjat f'kull wieħed minna. Demm Raymond saqqa din iż-żerriegħa. Huwa d-dmir tagħna, illum u fil-ġejjieni, illi nkomplu nsaħħuha u nikkoltivawha.


Comments

Popular posts from this blog

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually acceptable. You may

Shema Yisrael, the cries of the Palestinian people

You live a peaceful life in a modest home. You've never bothered anyone and you've never caused trouble. Out of the blues, a group of people claim that they should live in your house. Why? Because they have been persecuted in a war, and they claim that some 5,000 years ago, their God had told them your home was their promised land. Somehow, the whole community agrees with their wishes, and asks you to grant them your spare-bedroom. You oblige. After a few months, they take the whole top-floor. In a few year's time, they take over your kitchen. After a few more years, they own your house and keep you and your family locked in the bathroom. They don't even allow you to get out, while they strip-search you the few times they do. Even if it's a medical emergency. Sometimes not even medical personnel and ambulances are allowed to see to your needs while your children die in your hands. Desperation starts hitting you. Life seems to offer no hopes. In moments

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is