Skip to main content

Iċ-ċertifikat tal-Muscat Labour Party


Artiklu tiegħi li deher fil-ġurnal "il-mument" nhar il-Ħadd 2 ta' Diċembru 2012



Waqt li kont għall-kwiet fil-pjazza tar-raħal ngħid kelmtejn ma’ żewġ anzjani li rawni nikber u li dejjem qaluli kelma ta’ ġid, dlonk nilmaħ ħabib antik. Konna ilna ma niltaqgħu żmien.

Ġie jsellimli u jawgurali hekk kif sar jaf li se nikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista. Kont ftit sorpriż għax miegħu qatt ma tkellimt fuq politika. Spjegali għala jħoss li l-Partit Nazzjonalista għadu l-partit li l-aktar kapaċi jmexxi lil pajjiżna ’l quddiem.

Ejjew għal mument ninsew ir-rapporti pożittivi fuq il-finanzi ta’ pajjiżna li ħarġu diversi istituzzjonijiet varji. 

Ejjew ninsew il-kummenti pożittivi li għamlu diversi Ministri Ewropej dwar pajjiżna. 

Ejjew ninsew ir-ruxxmata rapporti pożittivi li l-Prim Ministru Gonzi ta lil Muscat waqt il-programm Xarabank. 

L-ikbar ċertifikat ta’ fiduċja fl-amministrazzjoni preżenti wasal minn Muscat innifsu! 

Muscat iddikjara li biex wieħed ikollu s-serħan tal-moħħ, jekk hu jkun elett, se jżomm l-istess Baġit li ressaq il-Gvern Nazzjonalista preżenti nhar l-Erbgħa li għadda! 

Dan mingħajr ma kien għadu jaf x’fih il-Baġit. Meta wieħed ikun lest jixtri xi ħaġa li lanqas jaf x’inhi, hu sinjal ċar li jafda b’għajnejh magħluqin lil min qed ibigħielu! 

Muscat stess jafda l-politika ekonomika u finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista. Jintrabat li jimxi magħha minn ġimgħat qabel tħabbar l-istess Baġit. Dan mhux bħal xi ħadd li qed jixtri post minn fuq il-pjanta. Dan qed jixtri l-post mingħajr ma biss għadu ra dik il-pjanta. Dik il-fiduċja kbira li għandu fil-politika ta’ dan il-Gvern.

Fl-istess nifs, jgħidilna li l-pajjiż jinsab għarkupptejh, li m’hawnx xogħol, li kollox staġnat, li l-pajjiż miss il-qiegħ, li dan gvern skadut, li dan gvern li ma joħloqx ix-xogħol. 

Jgħid dan kollu, u fl-istess ħin jiddikjara li lest iżomm l-istess Baġit imressaq minn Gvern Nazzjonalista. 

Il-Labour induna li mhu kapaċi joffri xejn ġdid u wisq inqas aħjar minn dak li qed joffri l-PN. Il-Labour irid biss jikkopja l-politika tal-PN biex iserraħ ras in-nies li kollox se jmur sew. Dan fid-dawl tal-fatt li minkejja tant snin fl-Oppożizzjoni, il-Labour ma hux kapaċi jispira fiduċja la fis-sid tan-negozju u wisq inqas fil-ħaddiema. 

Kif tista’ tispira fiduċja meta l-Labour jitkellem fuq transfers, fuq friża tal-minimum wage wara li tkellem fuq living wage li issa ġiet imwarrba, fuq li twiegħed kollox lil kulħadd?

Kif tista’ tispira fiduċja meta qed toffri lill-poplu Malti l-istess nies li kissru dan il-pajjiż fis-snin tmenin? Kif tista’ tispira fiduċja meta l-leader stess jgħid li the end justifies the means?

In-nies trid fatti. In-nies trid policies li jagħmlu sens u li jkomplu joħolqu x-xogħol u l-ġid. In-nies bħal dan il-ħabib li kellimni, u bħalma jgħiduli l-familji meta ta’ kuljum inżurhom fi djarhom, taf u tifhem xi problemi hawn f’bosta pajjiżi Ewropej. 

In-nies taf u hi konxja ta’ kemm ħadem dan il-gvern minkejja t-tfixkil intern u minn barra fosthom dak mill-Oppożizzjoni. 

Jeħtieġ inkomplu nispjegaw dan kollu biex dan il-pajjiż ikompli miexi ’l quddiem taħt tmexxija li tagħti ġieh lil kull wieħed u waħda minna. Tmexxija li ma tħarisx lejn pajjiżna bħala makku iżda tħares lejn kull wieħed u waħda minna bħala persuna kapaċi u abbli. 

Din it-tmexxija li twassal tassew biex pajjiżna jimxi ’l quddiem, kapaċi joffriha l-Partit Nazzjonalista. U dan qed jammettih Muscat stess. 

Iżda dan is-serħan tal-moħħ, il-poplu ma jridux biss għal sena. Ma jridux biss għal Baġit wieħed. Iridu għal leġislatura sħiħa. 

Għaldaqstant għażla waħda għandu: jivvota għall-oriġinal u mhux għal kopja. Jivvota lill-Partit Nazzjonalista.



Comments

Popular posts from this blog

Why I am dropping out of the Anti-ACTA protest

Like many avid internet users, I have followed with interest the debate about ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement). After reading numerous articles, watched sensational videos, and discussed ad nauseam with friends, I have realized that what I have come across is a campaign hi-jacked by lies, myths and misconceptions as to rival Malta's misinformed divorce referendum campaign. I have to say that the videos on Youtube   got me worried. I quickly signed the petition, joined the Anti-ACTA groups, and prepared myself for a full-blown fight against the big-governments who want to intrude on our privacy and freedom of expression. Like our MEP Edward Scicluna invited us to do in the University debate last Wednesday, I did not try to understand the details of ACTA but rather saw who the players behind it were. But as usual, my logical instincts took over, and his call to not try to understand ACTA actually pushed me to read the text. And here's what I now know: ACTA is ...

Who's the real monster?

I usually hate comparisons, but some very different reactions from the 'great unthinking' rabble do merit some analysis. In May this year, the notorious dog Star was found buried alive . A prima facie , this looked liked the most horrific case of animal cruelty, and is still considered so by some. The perpetrator was described by the sensitive and caring animal-lovers as a villain, a heartless monster, deserving of death, stoning, or even to be 'buried alive in the same manner'. But what did Mr. Vella actually do, according to the testimony heard in Court? Star was sick. It was shedding fur, and quite old already, and its owner did not afford the treatment. In trying to save some money from paying for the dog to be put to sleep and killed properly by vets, she gave it to Mr. Vella to have it killed himself. Nothing much to make people angry till now. Mercy-killing of very sick and suffering animals is widely done and usually a...

The Church and its riches

The above pictures has lately been doing rounds on facebook. Posted comments refer to injustice, hypocrisy, and of the Church not practising what it preaches. It seems it has become a common trend to blame the Church for everything under the sun. Hitting at the Church is the new way of looking cool. But before joining the bandwagon of shares, likes and comments, let me try to analyze the points this photo is trying to make. The first one: the Church is immensely rich. Well, it could be, but what do most of these riches constitute? Most of the Church's "riches" are fixed immovable assets, of which most are important human heritage. They can practically never be sold. Let's just say that the Pope sells all his adornments (provided anyone wants to buy them), maybe even Michelangelo's Pieta, and once we're at it , yes, maybe he should also sell the Sistine Chapel and have it converted to apartments. Then what? Apart from making UNESCO and the rest of human...